IL-PRIM MINISTRU JINDIRIZZA L-ĦAMES KONFERENZA TA’ L-INVESTIMENT DINJI
PR0964
27/06/2007
Il-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi llum ħalla Malta għal Franza fejn se jindirizza l-Ħames Konferenza ta’ l-Investiment Dinji kif ukoll jagħlaq il-Konferenza Ewro-Mediterranja.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Industrija, Investiment u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni l-Onor. Austin Gatt, l-Ambaxxatriċi ta' Malta għal Franza Vicki Ann Cremona, is-Segretarju Personali tal-Prim Ministru Remigio Bartolo u s-Segretarja għall-Komunikazzjoni u l-Istampa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Josephine Vassallo.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju.
Other Press Releases:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966