Espansjoni tal-Kordin Business Incubation Centre (KBIC)
Il-Gvern beda l-proċess sabiex jespandi l-faċilitajiet li hemm fil-KBIC. Dan tħabbar mill-Ministru Austin Gatt meta żar il-faċilitajiet tal-KBIC fil-qasam industrijali ta’ Kordin.
It-tkabbir tal-Business Incubation Centre ser ifisser li ser ikun jista’ jilqa’ 40 kumpanija. Il-faċilitajiet preżenti jistgħu jilqgħu 23 kumpanija. Fil-preżent hemm ‘il fuq minn 80 fil-mija ta’ l-uffiċċji li qed jintużaw mill-kumpaniji. Il-Ministru Austin Gatt fisser li din iċ-ċifra tixhed is-suċċess li qed jikseb dan il-post. Xhieda oħra ta’ dan is-suċċess huwa l-fatt li l-kumpaniji li hemm fil-KBIC, sas-sena li għaddiet kienu qed jimpjegaw ‘il fuq minn 200 ħaddiem.
Il-KBIC huwa inkubatur fejn imprendituri jwelldu ideat ġodda u innovazzjonijiet. Il-faċilitajiet jinkludu l-post minn fejn joperaw ażjendi ġodda, faċilitajiet li jinqasmu bejniethom, għajnuna fit-tħejjija ta’ business plans kif ukoll għajnuna fi proċessi ta’ applikazzjonijiet mill-Malta Enterprise.
Dan hu appoġġ dirett mill-Gvern lejn l-innovazzjoni, li hija ċ-ċavetta għall-kompettivitá ta’ pajjiżna.
L-espansjoni tal-KBIC mistennija tiswa Lm400,000 (€ 931,750) u parti minn din l-espansjoni ser jiġu ffinanzjati minn fondi mill-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR261966en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261966