Left arrow Go Back

It-talba għal inkjesta dwar il-permess fuq is-sit ta’ fejn illum hemm l-Ulysses Lodge

PR0935
Date Icon 20/06/2007

Il-Gvern jirreferi għal rapporti fil-media li jitolbu għal inkjesta dwar il-permess fuq is-sit ta’ fejn illum hemm il-Ulysses Lodge.

 Il-Gvern jinnota li dawn ir-rapporti, u din it-talba, mhumiex jinnutaw fatt importanti.  Il-prinċipju ta’ żvilupp mill-ġdid fuq is-sit fejn hemm il-bini tal-Ulysses Lodge, li ilu mis-snin sebgħin ma kienx deċiż issa, imma kien deċiż meta l-MEPA ipproċessat l-applikazzjoni outline li kienet approvata fis-7 ta’ Lulju 2005. Id-deċiżjoni tal-MEPA tal-ġimgħa li għaddiet ma bidlet xejn mill-prinċipji maqbula fl-2005.   Saħansitra d-deċiżjoni tal-MEPA li ma jsirx EIA ittieħdet fl-istadju ta’ meta l-MEPA kienet qed tipproċessa l-applikazzjoni fl-istadju outline. 

 Irid jingħad ukoll li dak il-proċess li wassal għall-approvazzjoni ta’ l-applikazzjoni outline diġa ġie investigat mill-awditur u din l-investigazzjoni hija dokumentata f’rapport datat 2 ta’ Frar 2006.  Dak ir-rapport ma sab ebda irregolaritajiet iżda qanqal dawn il-punti li diġa ġew indirizzati:  Fuq il-preżenza ta’ membri tal-Bord tal-MEPA f’laqgħat li jsiru fil-MEPA, l-awditur jgħid ċar u tond li hu aċċetta l-ispjegazzjonijiet li ngħata f’dan il-każ.  Fir-rigward ta’ l-issue li ma jsirx Studju dwar l-Impatt Ambjentali (EIA), l-awditur fl-ebda mument ma qal li l-MEPA ma kenitx ġustifikata fid-deċiżjoni li ma jsirx EIA, iżda oġġezzjona għall-fatt li l-MEPA ma ppubblikatx il-ġustifikazzjonijiet tagħha b’mod dettaljat dwar l-eżenzjoni mill-EIA.

 F’dan il-kuntest irid jingħad li l-MEPA, kif mitlub mil-liġi, ppublikat id-deċiżjoni tagħha li tirrinunzja għat-talba ta’ Dikjarazzjoni dwar l-Ippjanar ta’ l-Ambjent fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta’ Ġunju 2005 u minn dakinhar ħadd ma oġġezzjona.  Irid jingħad li l-MEPA aċċettat il-parir ta’ l-Awditur u dan hu dokumentat bl-aktar mod ċar fir-rapport ta’ l-Awditur.   Minn dakinhar li ħareġ il-permess b’outline, u għalhekk bħala qafas, il-MEPA daħlet biss f’diskussjonijiet dettaljati ma’ l-iżviluppaturi fuq id-disinn tal-proġett.

 Fid-dawl ta’ dan kollu, u fid-dawl ukoll ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ mill-inqas wieħed mir-registered objectors li beħsiebu jappella minn din id-deċiżjoni tal-MEPA, l-Gvern ma jħossx li għandu jinterferixxi f’dan il-proċess f’dan l-istadju.  Madanakollu, l-Gvern se jżomm id-dritt li jiddeċiedi fi stadju ulterjuri jekk jiftaħx inkjesta fuq din id-deċiżjoni tal-MEPA.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow