Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jżur skola li qed tipparteċipa fil-Young Enterprise Junior Achievement Programme

PR0934
Date Icon 20/06/2007

Wara li s-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed nieda l-Young Enterprise Junior Achievement Programme, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, flimkien ma’ Raymond Camilleri, Director, Curriculum Management, fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni żar l-Skola E. B. Vella, Primarja B, Mosta.  Din l-iskola hi waħda mill-iskejjel li qiegħda tipparteċipa f’dan il-programm. 

Waqt laqgħa mas-surmast, is-Sur Alex Attard, l-Onor. Vassallo laqa’ l-kummenti ta’ l-għalliema tal-ħames sena dwar dan il-programm, u qal li permezz ta’ dawn il-kummenti l-programm ser ikun jista’ jiġi żviluppat aħjar u jistgħu jsiru tibdiliet jekk ikun hemm bżonn.  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo u is-Sur Raymond Camilleri żaru s-sitt klassijiet fejn ġie introdott dan is-suġġet u tkellmu ma’ l-istudenti li lkoll kienu entużjasti dwar il-programm.  Permezz ta’ dan il-programm, l-istudenti qegħdin jitgħallmu ħiliet bażiċi ta’ l-imprenditorija.  It-tagħlim ta’ l-imprenditorija qiegħed isir permezz ta’ role play exercises u logħob, kif ukoll il-preparazzjoni ta’ reklamar għal prodotti, fost l-oħrajn. 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “huwa achievement tal-Gvern li b’mod formali u strutturat l-imprenditorija ser tibda tiġi mgħallma saħansitra f’livell primarju.  It-tħejjija fil-ħiliet imprenditorjali ta’ l-istudenti anke fil-livell primarju m’huwiex maħsub biex iwassal lil kull student biex fil-ġejjieni jkollu n-negozju tiegħu, imma biex kull student jappreza aktar l-attivita’ kummerċjali.” 

L-Onor. Vassallo temm billi qal li “l-ħiliet imprenditorjali huma ħiliet li jistgħu jiġu applikati f’kull sitwazzjoni fil-ħajja.  L-għan ta’ dan il-programm, u ta’ l-iżvilupp ta’ mentalita’ aktar imprenditorjali, hu li kull student ikun mgħejjun jiżviluppa l-ħiliet tiegħu ta’ responsabbilita’, kommunikazzjoni u innovazzjoni.  Dan huwa konformi ma’ dak li tgħid l-Unjoni Ewropea u partikolarment ma’ l-aġenda ta’ Lisbona, u bl-introduzzjoni ta’ edukazzjoni fl-imprenditorija f’kull livell edukattiv, inkunu tassew qegħdin naħdmu biex ikollna ‘knowledge-based economy’.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow