Left arrow Go Back

Riżultati ta’ l-Eżami tal-Junior Lyceum - Jgħaddu aktar minn 61%

PR0928
Date Icon 20/06/2007

Din is-sena l-persentaġġ ta’ studenti li għaddew mill-ħames suġġetti ta’ l-eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum reġa żdied biex għaddew mal-61% ta’ l-istudenti li qagħdu għall-eżami ftit ġimgħat ilu.  Din ix-xejra tkompli tibni fuq dak li seħħ f’dawn l-aħħar snin u jikkonferma t-titjib ġenerali fuq is-snin l-imgħoddija fejn aktar studenti qed jgħaddu mill-eżamijiet tal-Junior Lyceum.   

Ir-riżultati ta’ din is-sena għad-dħul fil-Junior Lyceums ħarġu llum permess ta’ l-SMS lil dawk li applikaw għal dan is-servizz (kważi 9 minn kull 10 japplikaw għal din il-faċilità) filwaqt li fl-istess ħin r-riżultati ġew impustati biex jaslu fid-djar ta’ l-istudenti fil-jiem li ġejjin.  

L-istatistika preliminari turi li minn 3,772 student li qagħdu għall-eżami, 2,301 jiġifieri 61%, għaddew mill-eżami fil-ħames suġġetti. Is-sena li għaddiet għaddew 60.2% u fis-sena 2005 ir-rata kienet ta’ 60.44%.  B’hekk din is-sena kien irreġistrat l-għola perċentwal ta’ studenti li qatt għaddew minn kemm ilu jsir l-eżami tal-Junior Lyceum.  

Ir-riżultat jirrapreżenta qabża ta’ aktar minn għaxar punti perċentwali (+10%) fuq ir-riżultati ta’ l-1999.  Din is-sena għaddew 1221 (58.8%)tifel u 1079 (63.7%) tifla. Tajjeb wieħed jgħid li aktar studenti subien joqgħodu għall-eżami tal-Junior Lyceum minħabba li fil-każ tas-subien li jmorru fi skejjel tal-Knisja, numru sostanzjali minnhom jagħmlu dan l-eżami biex jidħlu fil-Junior Lyceums tal-Gvern filwaqt li dan ma jiġrix daqstant fil-każ tal-bniet.   

Tajjeb li  wieħed ifakkar li, wara li reġgħu twaqqfu l-Junior Lyceums, fl-1982 qagħdu għall-ezami 5,270 tifel u tifla u għaddew biss 846 jew 16%.   

·        Fl-1985 għaddew 32%,

·        fl-1986 għaddew 35%, 

·        fl-1992 għaddew 45%,

·        fl-1995 għaddew 50%,

·        fl-1998 għaddew 52%,

·        fl-2002 għaddew 54%

u  fis-sentejn li għaddew il-persentaġġ  tela’ għal aktar minn 60% u tela’ għal 61% din is-sena. 

Mis-suġġetti ndividwali din is-sena għaddew:

·        65% mill-Ingliż

·        78% mill-Malti

·        77% mill-Matematika

·        86% mill-iStudji Soċjali

·        92% mir-Reliġjon 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow