Left arrow Go Back

L-AĦBAR LI VF CORPORATION SE TAGĦLAQ L-IMPJANT TAGĦHA F’MALTA

PR0919
Date Icon 19/06/2007

Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni dal-għodu rċieva delegazzjoni ta’ VF Corporation immexxijja mill-Viċi-President responsabbli mill-Operat ta’ VF Jeanswear – International, Noel Kyndt. F’din il-laqgħa s-Sur Kyndt informa lill-Ministru li l-kumpanija ddeċidiet li tagħlaq l-impjant tagħha f’Malta u tirriloka għal pajjiżi fejn l-ispejjeż f’pagi huma anqas. 

VF Corporation spjegat li ma kellha ebda diffikultà bil-livell ta’effiċjenza, snajja’ u impenn tal-ħaddiema Maltin. Iżda l-pagi li jitħallsu f’Malta huma sostanzjalment ogħla minn ta’ pajjizi oħra f’dan is-settur u allura VF Corporation trid tirriloka dan ix-xogħol lejn pajjiżi fejn il-ħaddiema jitħallsu anqas milli jitħallsu Malta.  

Din id-deċiżjoni hija riflessjoni tat-tendenzi globali fejn impjanti ta’ manifattura tradizzjonali li tiddependi l-aktar fuq l-ispejjeż ta’ l-impjiegi għall-kompetittività ta’ l-operat jitilqu minn pajjiżi ekonomikament żviluppati u jmorru f’oħrajn fejn il-pagi huma aktar baxxi.  Dan ifisser li Malta llum trid tikkoncentra fuq l-immanifatturar ta’ prodotti differenti mit-tessuti, manifattura li qed ikollha success kbir f’Malta u li qed timpjega eluf ta’ ħaddiema Maltin. 

Naturalment għall-impjegati ta’ dawn l-ażjendi dan hu żmien diffiċli u ta’ preokupazzjoni għalihom u l-Gvern jesprimi s-solidarjeta’ tiegħu kolla – Solidarjeta’ li mhux se jieqaf biss fil-paroli iżda li jikkonkretizzaha f’azzjoni.  

Wara li ltaqa’ ma’ VF Jeanswear, il-Ministeru għamel kuntatt mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ biex issir mobilizzazzjoni immedjata tar-riżorsi tagħhom bil-għan biex kemm jista’ jkun malajr l-impjegati li se jkunu qed jitilfu l-impjieg tagħhom fil-ġimgħat li ġejjin jibdew jaħdmu fuq postijiet tax-xogħol oħra.   Jekk jinħtieg sejjer ukoll jingħata “re-training” lill-impjegati tal-VF Jeanswear bl-użu ta’ fondi speċifiċi għal dan il-għan. 

Filwaqt li l-Ministru Gatt jesprimi d-dieqa tiegħu għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema u l-familji tagħhom, hu jassigura li se juża’ r-riżorsi kollha tiegħu biex jgħin lil dawn il-ħaddiema jidħlu f’impjiegi ġodda fl-anqas żmien possibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow