Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTRU GĦALL-INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI

PR0909
Date Icon 18/06/2007

Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni jirreferi għall-istqarrija tal-kelliem Laburista Leo Brincat li qal li “għandu informazzjoni” li l-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru jipparteċipa fil-proċessi ta’ evalwazzjoni ta’ sottomissjonijiet f’sejħiet ta’ xiri pubbliku. Dan jgħodd ukoll għall-ħatra tiegħu bħala Direttur biex jirrapreżenta l-interessi tal-Gvern fuq il-kumpanija SmartCity (Malta) Ltd.

Din l-“informazzjoni” hi pubblika għal zmien twil ħafna u ħadd qatt ma pprova jżommha b’xi mod jew ieħor moħbija.

Leo Brincat jgħid li “ma jridx jidħol fil-mertu tal-kompetenza” tal-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru. Iżda hi l-kompetenza tiegħu u l-fiduċja li jgawdi mill-Gvern bħala rappreżentant ta’ l-interessi tiegħu li huma l-bażi tas-sehem tiegħu f’dawn il-proċessi.

Il-Ministru jfakkar ukoll li l-persuna hi  impjegat pubbliku (minn qabel ma nħatar Kap tas-Segretarjat) u sussugwentament hu kompententi biex jaġixxi f’dan ir-rwol daqs kull impjagat taċ-ċivil ieħor.

Jekk Leo Brincat għandu xi bażi li għaliha jqis li l-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru għandu jkun skwalifikat milli jirrapreżenta l-interessi tal-Gvern li ħatru jew inkella xi bażi ta’ suspett ta’ xi forma ta’ skorettezza, allura għandu jgħid x’inhi din il-bażi.

Ma’ hemm assolutament ebda konflitt ta’ interess, kemm personali u l-anqas istituzzjonali u konsegwentament bil-fors irid jinftihem li Leo Brincat għamel din l-istqarrija biex jintimida b’attaki personali lil min qiegħed jaqdi l-funzjoni pubblika tiegħu sempliċiment għax jagħmel hekk b’ħila, kapaċità, kompetenza u effiċjenza. Dawn il-kredenzjali jdejqu lil Leo Brincat għax ineħħu għal kollox kwalunkwe bażi ta’ kritika leġittima u minflok allura Leo Brincat jinfexx f’attakki personali u kritika illeġittima.

Fl-assenza ta’ kummenti jew kritika valida oħra mill-kelliem Laburista dwar jekk il-persuna kkonċernata m’hix kompetenti jew inkella xi darba aġixxiet b’mod skorrett, il-Ministru ma’ jistgħa jagħmel xejn aktar milli jinjora dak li qal il-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni li għal aktar minn darba wera kemm ma jaf xejn dwar is-suġġett li qed jitkellem dwaru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow