Left arrow Go Back

INDIRIZZ TA’ MERĦBA MILL-ONOR ANTON TABONE, SPEAKER TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI FL-OKKAŻJONI TAŻ-ŻJARA TA’ L-E.T. IS-SUR JOSÉ MANUEL DURRAO BARROSO, PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA LILL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI - VALLETTA – 15 TA’ ĠUNJU 07

PR0895
Date Icon 15/06/2007

Onorevoli Membri,

Eċċellenzi,

Mistednin Distinti,

Sinjuri,

Inħossni tassew onorat illi f’isem il-Membri parlamentari kollha tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta, nagħti merħba lill Eċċellenza Tiegħu s-Sur José Manuel Barroso, President tal-Kummissjoni Ewropea. 

Sur President, nilqgħuk fostna.  Nilqgħuk fuq din il-ġzira li l-pożizzjoni ġeo-strategika tagħha f’nofs il-Mediterran, hija ta’ rilevanza dejjem akbar għal dan ir-reġjun u għall-istess Ewropa li niffurmaw parti minnha. 

Din hija żjara importanti għaliex hija l-ewwel waħda ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea li qed jagħmel wara id-dħul ta’ Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea fl-2004.  Importanti ukoll għaliex Malta, fost affarijiet ohra, qed tistenna bil-ħerqa li tisma kliem ta’ sostenn,  ta’ solidarjetà u fuq kollox ta’ azzjoni effettiva f’mument meta Malta qed tiffaċċja it-traġedja umana ta’ l-immigrazzjoni illegali.

 Sur President, dan il-Parlament huwa fost l-iżgħar parlamenti membri fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja.  B’ danakollu, irid iwettaq ħidmietu daqs kull Parlament ieħor.  Mhux dejjem faċli imma qed nagħmlu ħilitna kollha biex nagħtu kontribut dejjem akbar u siewi fejn għanda x’taqsam id-dimensjoni parlamentari.  F’dan il-kuntest,  huwa neċessarju u essenzjali li Istituzzjonijiet Ewropej jifhmu aħjar il-ħtiġijiet partikulari ta’ parlamenti bħal tagħna. 

Sur President, nixtieq issa nistiednek biex, jekk jgħoġbok, tindirizza lill-Kamra tad-Deputati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION FOR THE GRAND HARBOUR  Malta with a strong voice in international climate change negotiations

PR261966en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦALL-PORT IL-KBIR  Malta b’vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

PR261966

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT, U R-RIĠENERAZZJONI GĦAL...

More Press Releases Right arrow