Left arrow Go Back

SforZ kollettiv biex jitħawwlu d-doppju tas-siġar li nqerdu

PR0723
Date Icon 16/05/2007

“L-appoġġ lejn il-kampanja għat-tħawwil mill-ġdid tas-siġar vandalizzati fis-sit ta’ Foresta 2000 fil-Mellieħa qed jiżdied u b’hekk qed jikber il-messaġġ importanti kontra l-vandaliżmu ambjentali”. Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino waqt li kien qed jindirizza studenti mill-iskola Primarja Santa Bernadette B’ San Gwann, li ingħaqdu b’solidarjeta’ ma’ l-istudenti ta’ l-iskola Primarja Marija Bambina tal-Mellieħa b’messaġġ kontra l-vandaliżmu fuq Foresta 2000, il-ġimgħa li għaddiet. 

Il-Ministru Pullicino qal li l-isfida hi li f’Ottubru li ġej jitħawwlu 6,000 siġra, id-doppju tas-siġar li nqerdu il-ġimgħa li għaddiet. Dawn is-siġar mistennija jitħawwlu f’Ottubru waqt attivita’ apposta.        

Fl-iskola primarja Marija Bambina fil-Mellieħa, l-istudenti mill-iskola Primarja Santa Bernadette B’ San Gwann, urew id-diżapprovazzjoni tagħhom lejn l-atti vandali fuq in-natura u wrew solidarjeta’ b’azzjoni immedjata. F’deċiżjoni li ttieħdet fil-kumitat Ekoskola sar ġbir ta’ flus (5c) sabiex bħala skola, jingħata appoġġ lill-kampanja 34U (Tree for You) u jinxtraw xi siġar.  Il-ġabra giet ippreżentata lill-Ministru George Pullicino sabiex tiżdied mal-fond imwaqqaf ‘Foresta 2000: Replant the Trees’. 

Preżenti għall-attivita’ kien is-Sur Frans Borg, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. Huwa ħabbar li “id-diviżjoni ta’ l-edukazzjoni ser tħajjar lill-iskejjel ta’ Malta u Għawdex kollha biex b’mod volontarju jieħdu l-eżempju u jikkontribwixxu f’din il-kampanja’.    

Il-Ministru Pullicino temm jifraħ iż-żewġ skejjel, partikolarment lill-istudenti għal din l-inizjattiva b’messaġġ sinifikanti. L-att vandalu ma kienx biss fuq is-sit tal-Foresta 2000 iżda fuq it-tfal Maltin li kienu se jgawdu s-siġar fil-futur. Il-messaġġ tat-tfal hu xhieda ikbar ta’ kif il-poplu għandu jibqa’ determinat li jirbaħ fuq l-eko-terroriżmu li laqat in-natura Maltija. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

More Press Releases Right arrow