Left arrow Go Back

Il-PRIM MINISTRU L-ONOR LAWRENCE GONZI JĦABBAR IL-FTUĦ TA’ PARK TA’ NATURA U STORJA FIL-MAJJISTRAL TA’ MALTA

PR0704
Date Icon 12/05/2007

Il-Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi, illum ħabbar l-inizjattiva tal-Gvern li jsir Park ta’ Natura u Storja fil-Majjistral ta’ Malta.  Dan il-park se jitmexxa minn żewġ NGOs li jaħdmu fis-settur ta’ l-ambjent, Din l-Art Ħelwa u Nature Trust. Għal dan il-għan kienet iffirmata letter of intent bejn il-Gvern u dawn l-għaqdiet ambjentali. 

Waqt Konferenza Stampa fil-Berġa ta’ Kastilja, l-Prim Ministru beda billi ħabbar id-deċiżjoni tal-Gvern li jwaqqaf il-proċess tal-golf course li kien propost biex isir fix-Xagħra l-Ħamra.  Dan wara li l-Gvern analizza r-rapporti li tħejjew minn grupp ta’ speċjalisti fejn ħareg li golf course fuq dan is-sit kien se jirrikjedi żvilupp sostanzjali u allura dan imur kontra d-dikjarazzjonijiet pubbliċi li dejjem saru li l-golf course ma kienx se jsir akkost ta’ kollox. 

Il-Prim Ministru qal li dan il-park huwa eżempju ħaj ta’ l-impenn tal-Gvern li jħares u jsaħħaħ l-ambjent u jżid l-spazji ta’ rikreazzjoni għall-familji Maltin.  Dan qed jagħmlu f’koperazzjoni kontinwa  ma’ l-NGO’s li bil-ħidma volontarja tagħhom jagħmlu xogħol utli fl-ambjent lokali.  Dr Gonzi tenna li bl-inizjattiva tal-Gvern, il-pubbliku u ġenerazzjonijiet futuri qed jingħataw aktar opportunitajiet fejn igawdu l-ambjent naturali.

Dr Gonzi qal li qed ikun preparat pjan ta’ mmaniġġjar li jirregola l-attivitajiet li jsiru fis-sit tal-Park, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil-gżira ta’ Malta, kemm bħala daqs kif ukoll fil-kwalita’ tax-xenarju tiegħu.  Il-Prim Ministru qal li d-daqs tas-sit huwa ekwivalenti għal ħames darbiet id-daqs tal-Belt Valletta jew għal madwar 371 ground tal-football. 

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li dan mhuiex l-uniku proġett sostanzjali li qed iwassal biex jissebbaħ l-ambjent naturali u jinħolqu aktar spazji miftuħa biex jitgawdew mill-pubbliku.  Hu fakkar f’numru ta’ proġetti oħrajn fosthom dak ta’ afforestazzjoni fi Xrobb l-Għaġin, il-Park tas-Salina, t-tkabbir tal-Park ta’ Ta’ Qali kif ukoll numru ta’ inizjattivi oħrajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Il-Ministru Byron Camilleri jirrikonoxxi s-suċċess storiku tat-timijiet Maltin tal-golf fil-Kampjonati Ewropej

PR261962

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Il-Ministru Byron Ca...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  Malta brings together 15 startups from 12 countries to advance innovation in circular electronics

PR261961en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow