Left arrow Go Back

GħajnunA finanzjarji gĦAl negozji sabiex jesportaw barra mill-pajjiż

PR0700
Date Icon 11/05/2007

“Aħna nemmnu fil-potenzjal tan-negozji żgħar tagħna, u għalhekk se nkunu qegħdin naħdmu flimkien mal-Malta Enterprise sabiex jinħolqu l-ewwel export houses f'Malta.  Dawn l-export houses se nkunu qegħdin iġibu flimkien numru ta' negozji żgħar sabiex jesportaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom barra minn Malta.  Bħala parti minn din il-ħidma qegħdin inħabbru skema pilota mnedija mill-Malta Enterprise li se nkun qed tipprovdi assistenza finanzjarja għal dawk in-negozji li jixtiequ jesportaw il-prodotti tagħhom barra minn Malta.  Din l-iskema se tissejjaħ ‘Network Brokerage’.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed Edwin Vassallo waqt li kien qiegħed jitkellem fil-preżentazzjoni ta’ din l-iskema. 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “minkejja l-prodotti ġenwini u ta' kwalita’ tan-negozji żgħar Maltin, xorta waħda qed ikun hemm diffikultajiet sabiex dawn jibdew jesportaw barra minn Malta.  Għaldaqstant irid ikun hemm export houses li kapaċi jesportaw huma l-prodotti u servizzi barra minn Malta f'isem dawn in-negozji.  F’Malta għandna ħafna importaturi iżda għad hemm ftit li jesportaw.  Hemm bżonn li issa jibda jkollna aktar nies li jesportaw.”   

Il-preżentazzjoni bl-informazzjoni kollha dwar din l-iskema ngħata minn Dennis Vella mill-Malta Enterprise, li spjega li l-assistenza li se tingħata se tinkludi: 

1.          Is-servizzi ta’ business advisor li se jgħin biex jibdew jinstabu swieq ġodda

2.        Se jitħallas sa 60% ta’ l-ispejjeż relatati ma’ l-impieg ta’ Network Manager, sa massimu ta’ €25,000  per annum.  Din l-għajnuna se tingħata għal perijodu ta’ mhux aktar minn sentejn, u l-Malta Enterprise tkun sodisfatta bil-kapaċitajiet u l-esperjenza tan-Network Manager li jinħhatar (li ma jistax ikun diġa impjegat min-Network Brokerage)

3.       Sa 60% ta’ l-ispejjeż għall-iżvilupp ta’ kompetittivita’ internazzjonali tan-Network Brokerage. 

Se jitħallsu wkoll:

a.         Sa 60% ta’ l-ispejjeż biex il-membri jipparteċipaw f’fieri u laqgħat ta’ business

b.         Żvilupp tal-prodott (sa 60% ta’ l-ispejjeż)

c.         Servizzi għall-iżvilupp tas-suq (sa 60% ta’ l-ispejjeż), bħalma huma l-parteċipazzjoni f’fieri u attivitajiet oħra, inkluż spejjeż ta’ kiri tal-faċilitajiet u biex titlesta l-istand; żvilupp ta’ prodotti ġodda jew li diġa` jeżistu; żvilupp ta’ materjal ta’ promozzjoni; ċertifikazzjoni ta’ prodotti. 

L-Onor. Vassallo qal li “hemm bżonn li nimlew il-vojt li hawn bejn in-negozji żgħar tagħna u s-suq Ewropew.  Dawn in-negozji ż-żgħar għandhom suq tajjeb hawn, iżda qegħdin isibuha bi tqila biex jippromwovu l-prodotti tagħhom barra.” 

“F’Malta kien hawn kumpaniji li rnexxielhom jesportaw il-prodotti tagħhom, iżda dawn il-kumpaniji għadhom ftit, u kellhom ir-riżorsi kollha biex ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ ta’ l-opportunitajiet li jeżistu.  Dawn l-istejjer ta’ suċċess juruna li huwa possibbli għal negozji Maltin li jpoġġu l-prodotti tagħhom fis-suq Ewropew.  Iżda hemm “missing link” li hemm bżonn li jimtela’ minn persuni li huma lesti li jiżvolġu dan ir-rwol ta’ go-between u b’hekk iqarrbu l-prodott lokali mas-suq barrani,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Il-Ministru Byron Camilleri jirrikonoxxi s-suċċess storiku tat-timijiet Maltin tal-golf fil-Kampjonati Ewropej

PR261962

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Il-Ministru Byron Ca...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  Malta brings together 15 startups from 12 countries to advance innovation in circular electronics

PR261961en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow