Left arrow Go Back

KUNDANNA QAWWIJA GĦAL ATT TA’ VANDALIŻMU LI SAR FUQ ELUF TA’ SIĠAR

PR0680
Date Icon 09/05/2007

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jikkundanna bla ebda riservi l-att vandalu li twettaq fis-sit ta’ afforestazzjoni magħruf bħala Foresta 2000 fil-Mellieħa.   F’dan is-sit għaddej proġett ta’ afforestazzjoni mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent b’kollaborazzjoni mal-Birdlife u ma’ Din l-Art Helwa. 

F’dawn l-aħħar tliet snin sar xoghol ta’ restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ, fejn ħafna minnhom reġgħu nbnew mill-ġdid, tħawwlu eluf ta’ siġar, saru interventi ta’ kontroll kontra l-erożjoni tal-ħamrija, u sar ukoll xogħol ġenerali ta’ tisbiħ u manteniment tas-sit.  Is-siġar milquta kienu mħawwla minn diversi tfal ta’ l-iskola u kumpanniji taħt l-iskema 34U (Tree for You) kif ukoll minn donazzjonijiet mill-Gvern Taljan. 

Matul dan il-lejl, jew kmieni dalghodu, numru ta’ nies mhux magħrufa daħlu fis sit u qerdu dawn is-siġar żgħar li skond l-ewel stimi jlaħħqu għal madwar 3,000 siġra.  Dan l-att vandalu wassal biex fi ftit ħin tħassar ħafna mix-xogħol li sar fl-aħħar erba’ snin.   

F’dan l-att vandalu, il-maġġoranza tas-siġar sfaw imqaċċta, mgħawwġa, maqlugħa minn posthom u mitfugħin fl-art u saħansitra xi wħud minnhom sfaw ukoll issegati. Jidher biċ-ċar li dan kien xoghol ta’ grupp ta’ nies organizzati għaliex il-ħsara hi waħda kbira ħafna u testendi mill-Bajja tal-Mellieħa sa’ taħt it-Torri l-Aħmar. 

L-att vandalu wassal ukoll biex ġew imwaqqa’ ħitan tas-sejjieħ li għadhom kemm inbnew u li jieħdu żmien u xogħol kbir biex jittellgħu. 

Dan l-att vandalu mhux se jwaqqaf mill-isforzi tal-Gvern, u ta’ dan il-Ministeru, li jkompli bi proġetti ta’ tisbiħ u titjib ta’ l-ambjent.  Il-Ministeru se jżid l-impenn tiegħu biex l-effetti ta’ dan l-att vandalu jkunu mmitigati fl-aqsar żmien possibli.  Il-Ministeru jawgura li min hu responsabbli ta’ dan l-attentat kodard jinqabad u jitressaq quddiem il-ġustizzja. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Il-Ministru Byron Camilleri jirrikonoxxi s-suċċess storiku tat-timijiet Maltin tal-golf fil-Kampjonati Ewropej

PR261962

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Il-Ministru Byron Ca...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  Malta brings together 15 startups from 12 countries to advance innovation in circular electronics

PR261961en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow