Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN DWAR BDIL FIL-KOMPOZIZZJONI TA’ L-ASSOĊJAZZJONI TAL-KUNSILLI LOKALI

pr0652
Date Icon 03/05/2006

B’referenza għal rapport li deher fil-media, fis-sens li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni l-Onor. Alfred Sant talab lill-Kumitat tar-Reġjuni ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex tgħin lill-Partit ta’ l-Oppożizzjoni fil-kampanja tiegħu għall-bdil fil-kompożizzjoni ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jirrileva li fl-24 t’April 2006, jiġifieri tliet ijiem qabel ma’ l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għamel din l-istqarrija, il-Gvern bagħat lill-Oppożizzjoni, abbozz ta’ emenda li tiggarantixxi li min għandu maġġoranza ta’ Kunsillieri (assoluta jew relattiva) ikollu maġġoranza ta’ membri fl-Esekuttiv ta’ l-Assoċjazzjoni. 

Sal-lum ma kien hemm l-ebda reazzjoni għal din il-proposta, u dan il-fatt konvenjentement tħalla barra mid-diskors tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.  Dan ifisser li meta l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni kien qed jitkellem dwar “deficit demokratiku” u li  “s-sitwazzjoni issa ħżienet”,  kellu diġà f’idejh l-emenda proposta li dwarha  l-Oppożizzjoni baqgħet siekta. 

Kuntrarjament għal dak li kienet tgħid l-Oppożizzjoni, il-Gvern dejjem insista li kull kunsillier għandu jkollu vot indaqs bħal kunsillier ieħor.  Issa li hemm maġġoranza ta’ kunsillieri tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni, dan għandu jiġi rifless fl-Eżekuttiv ta’ l-Assoċjazzjoni.  L-emenda li l-Gvern bagħat lill-Oppożizzjoni tagħmel proprju dan.  Għalhekk il-Gvern ma jistax jifhem ir-raġuni għaliex il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ma semmiex din l-emenda, u għamel ta’ bir-ruħu li ma teżistix.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow