Left arrow Go Back

Studenti ta’ l-iSkola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ jipparteċipaw fl-inizjattiva ‘Għid Grazzi’

pr0650
Date Icon 02/05/2006
“It-tfalta’ din l-iskola ħadmu flimkien biex ikomplu jwasslu l-messaġġ tagħna li lkoll irridu niftakru ngħidu “grazzi” lil xulxin.  Dan il-messaġġ tgħallmuh it-tfal, u jiena ċert li wassluh ukoll lill-ġenituri taghħhom.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt żjara li għamel fl-iSkola Primarja B ta’ Ħaż-Żebbuġ.  L-istudenti ta’ din l-iskola ħadu nteress fil-kampanja ‘Għid “Grazzi”’, imnedija mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed u għamlu numru ta’ proġetti fl-ogħla klassijiet, biex jagħtu mportanza lil dan il-kunċett.
“Il-kampanja‘Għid “Grazzi” hi kampanja edukattiva favur li aktar nies jgħidu grazzi, mhux biss minn naħa tan-negozjanti, iżda wkoll minn naħa tal-konsumaturi.  Irridu niftakru li min qiegħed fin-negozju jrid ikun ta’ servizz, u mhux qiegħed fin-negozju biex jagħmel profitt biss.  Iżjed ma mprenditur ikun ta’ servizz, iżjed ikun qiegħed jaqdi l-iskop soċjali tiegħu.  Fuq kollox, negozjant li jagħti servizz tajjeb jista’ jkun żgur li jżomm u jkabbar il-klijentela tiegħu, u b’hekk ikabbar il-bejgħ,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari.
“Jienaġejt hawn illum biex nirringrazzja lill-istudenti ta’ din l-iskola, li wrew interess, tant li fil-klassijiet tagħhom għamlu proġetti dwar il-kelma “Grazzi” fis-suq.”  Fil-fatt, il-progetti li saru mill-istudenti twaħħlu fuq noticeboards fl-iskola, u bihom l-istudenti rringrazzjaw lis-sidien tal-ħwienet tas-servizz li jagħtu.

L-Onor. Vassallo wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol li sar f’din l-iskola bil-preżentazzjoni ta’ numru ta’ kotba lil dawk il-klassijiet li pparteċipaw fil-proġett għal-librerija tal-klassi.  L-Onor. Edwin Vassallo ippreżenta l-kotba lill-Kap ta’ l-iSkola, li akkumpanjatu fiż-żjara tiegħu, li mbagħad qassmet il-kotba lill-għalliema ta’ kull klassi.  “Il-ħsieb tagħna fl-ogħti ta’ dawn il-kotba huwa biex inħeġġu aktar tfal jaqraw, biex b’hekk iħaddnu tagħlim ġdid li fl-aħħar mill-aħħar jgħinhom ‘il quddiem fil-ħajja tax-xogħol tagħhom” kompla l-Onor. Vassallo.  

Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo qal ukoll li “din l-iskola ta’ Ħaż-Żebbuġ hija wkoll waħda mill-iskejjel li s-sena d-dieħla ser tkun qiegħda tintroduċi programm ta’ edukazzjoni fl-imprenditorija li jibda mill-iskejjel primarji, biex b’hekk il-mentalita’ imprenditorjali titkattar minn eta zgħira.”
Fitmiem iż-żjara, l-Onor. Vassallo rringrazzja għal darb’oħra lill-istudenti għall-parteċipazzjoni tagħhom f’din l-inizjattiva, u lill-Kap ta’ l-iSkola li qiegħda taħdem biex l-istudenti jibdew japprezzaw dak li jfisser xogħol, partikolarment għal dawk li jaħdmu għal rashom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow