Left arrow Go Back

IL-GVERN IRID JIŻGURA LI S-SUQ JAĦDEM B’MOD ĠUST

pr0631
Date Icon 28/04/2006

Il-Gvern jinnota li fl-istqarrija tagħha tal-llum, il-Kamra tal-Kummerċ, bħall-GRTU, għandha l-istess preokkupazzjoni tal-Gvern li s-suq ħieles mhux qed jaħdem biex jiżgura prezzijiet raġjonevoli fl-ikel u fil-mediċini.  Il-Gvern jittama li dawn l-organizzazzjonijiet jaħdmu miegħu sabiex jittieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex ikunu mħarsa d-drittijiet tal-konsumatur Malti. 

Wieħed irid ifakkar li kien Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li sa mill-1987 ħadem bla heda biex f’Malta jaħdem suq liberalizzat li jiżgura varjetà, kwalità u għażla.  L-aħħar pass f’din it-triq twila kienet it-tneħħija tal-levies bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.  Din hija triq li dan il-Gvern ħadem għaliha biex il-konsumatur Malti jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar. 

Il-Gvern, bħall-Kamra tal-Kummerċ u l-GRTU, huwa kontra li juża mezzi straordinarji, mingħajr ħtieġa gravi, bħal Price Orders, biex iħares lill-konsumatur Malti.  Huwa biss jekk ikun hemm minn jabbuża mis-suq ħieles għad-detriment tal-konsumatur Malti li l-Gvern jintervjeni bil-mezzi kollha possibbli għalih skond il-liġi Maltija u l-liġi ta’ l-Unjoni Ewropea.   

Fl-aħħar mill-aħħar il-Gvern ser jassigura li s-suq ħieles jaħdem favur il-konsumatur Malti billi l-affarijiet essenzjali, bħal mediċini u l-ikel, jaslu għand il-konsumatur u dan bi prezz ġust.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow