Left arrow Go Back

Il-Malta Resources Authority dwar il-fuel surcharge fuq l-elettriku

pr0625
Date Icon 27/04/2006
Kif tħabbar f’Novembru 2005 ir-reviżjoni tar-rata ta’ fuelsurcharge fuq ir-rata ta’ l-elettriku pprovdut mill-Enemalta tinħadem fuq il-prezz li l-Enemalta tkun ħallset għall-aħħar kunsinnji tal-prodotti meta dawn jiġu importati minn barra l-pajjiż. Dan il-prezz jiddependi sew kemm mill-prezz fis-swieq internazzjonali taż-żejt kif ukoll mir-rata ta’ kambju bejn id-Dollaru Amerikan u l-Euro.
Mill-aħħarreviżjoni li saret fl-aħħar ta’ Frar 2006 il-prezzijiet internazzjonali taż-żjut li jintużaw għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku matul Marzu u April 2006 mxew kif ġej:

L-Enemaltatuża l-Fuel Oil għal madwar 90% mill-bżonnijiet tagħha u l-Gas Oil għal madwar 10%.
Bir-ratatal-prezzijiet tal-lum, u fuq il-bażi tal-konsum ta’ l-elettriku f’Marzu u April 2006, hu stmat li l-fuel surcharge li għandha tinġabar din is-sena hi ta’ Lm41,862,634.  Fuq din il-bażi, u mingħajr sussidju tal-Gvern, is-surcharge suppost tkun ta’ 86%.
F’Ottubru2005 il-Gvern kien introduċa sussidju tranżitorju ta’ 29% tnaqqis mis-surcharge biex ittaffi l-impatt ta’ l-introduzzjoni tas-surcharge liema sussidju kellu jitnaqqas kull xahrejn b’rata ta’ 2.42%. wara li jiġu wkoll ikkunsidrat il-prezz taż-żejt li tkun qed tħallas l-Enemalta.

Għalhekk, kunsidrat iż-żieda fil-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali f’dawn l-aħħar xaħrejn - minkejja li l-Enemalta qed tixtri bi prezzijiet anqas min dawk tas-suq (“average Platts”) u ikkunsidrat ir-reviżjoni tas-surcharge, is-surcharge għall-perjodu Marzu-April 2006 ser tkun ta’ 64%.

Il-lukandiu fabbriki jħallsu surcharge massima ta’ Lm21,000 f’sena.
B’danil-metodu qed tinżamm l-istabbilità finanzjarja tal-Korporazzjoni Enemalta mingħajr iżda ma l-konsumatur jispiċċa qatt iħallas aktar milli tassew hemm bżonn biex jiġi ġġenerat l-elettriku li jikkonsma. B’reviżjonijiet spissi tar-rata tal-fuel surcharge il-konsumatur qed jingħata s-serħan tal-moħħ li qed iħallas biss għal dak li qed jikkonsma.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow