Left arrow Go Back

IL-GVERN DETERMINAT LI JIŻGURA MEDIĊINI BI PREZZ ĠUST

pr0623
Date Icon 27/04/2006
Il-Gvernjixtieq isostni li huwa determinat li jiżgura li f’Malta jkun hawn mediċini bi prezz ġust.
Fl-istqarrijatagħha llum, il-GRTU qed tikkonferma li l-Unjoni Ewropea tippermetti li l-Gvern jintervjeni fil-prezzijiet tal-mediċini meta s-suq ma jkunx qed jaħdem (Direttiva 89/105/EEC tal-21 ta’ Diċembru 1988).
Il-GRTUqed tirrikonoxxi li l-Gvern irid jindirizza s-sitwazzjoni, fosthom billi waqqaf kummissjoni biex tistudja l-qagħda tal-mediċini u tagħmel rakkomandazzjonijiet. Kif taf tajjeb il-GRTU, din il-kummissjoni ppruvat taħdem ħafna mas-settur privat.  Il-Gvern qed janalizza s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ din il-kummissjoni u ser jieħu kull pass li huwa meħtieġ biex jiżgura li f’pajjiżna jkollna l-mediċini meħtieġa bi prezzijiet ġusti.
Il-Gvernjaqbel li l-aħjar mezz sabiex ikollna prezzijiet ġusti huwa suq li jkun jaħdem; madanakollu jekk dan is-suq ma jkunx qed jaħdem, u allura l-konsumatur ikun qed ibati, il-Gvern ser jintervjeni. Huwa ttamat li dawk kollha li jistqarru li jemmnu f’mezzi li jmexxu ‘l quddiem is-suq (per eżempju importazzjoni parallela u importazzjoni ta’ prodotti ġeneriċi) jkunu mal-Gvern fl-impenn tiegħu biex jiżgura mediċina bi prezz ġust fis-suq lokali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow