Left arrow Go Back

Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet relatati mal-Postijiet tad-Divertiment

pr0592
Date Icon 21/04/2006

Il-Kummissjoni dwar ir-Revizjoni tal-Ligijiet relatati mal-Postijiet tad-Divertiment, li twaqqfet mill-Gvern f’Jannar ta’ din is-sena, iltaqgħet għadd ta’ drabi biex tiżvolgi l-impenn tagħha.   

Il-Kummissjoni, li hija mmexxija mic-Chairman, Dr Joseph Micallef Stafrace, issa tħoss li wasal il-waqt li tistieden lil kull min huwa interessat u lil kull min iħoss li jista’ jgħin biex iressaq l-ilmenti, is-suġġerimenti u kull ħaġ’oħra li jidhirlu utli għall-konsiderazzjoni ta’ l-istess Kummissjoni.   

Il-kummenti lill-Kummissjoni jistgħu jsiru bil-miktub.  B’danakollu, il-Kummissjoni lesta tiltaqa’ wkoll ma kull min iħoss li jkun aħjar għalih li jkellimha f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni. 

Kull komunikazzjoni għandha tintbagħat bil-miktub lis-Segretarju, Kummissjoni Dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Relatati mal-Postijiet tad-Divertiment, Ministeru ghall-Ġustizzja u l-Intern, House of Catalunya, Triq Marsamxett, il-Belt Valletta.  Is-Segretarju tal-Kummissjoni jista’ jiġi kuntattjat ukoll fuq in-numri tat-telefon:  22957115 jew 22957000. 

Kull kommunikazzjoni, bil-miktub jew mod ieħor, għandha tasal għand il-Kummissjoni sas-16 ta’ Mejju 2006.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow