Left arrow Go Back

ANZJANI U TFAL JINGĦAQDU BIEX JIĊĊELEBRAW L-GĦID IL-KBIR

pr0573
Date Icon 13/04/2006

’Il fuq minn 200 tifla membri fil-Girl Guides żaru r-residenza San Vincenz De Paul biex jiċċelebraw l-Għid flimkien ma’ l-anzjani residenti. F’atmosfera ta’ ferħ u briju l-anzjani u t-tfal qassmu rigali lil xulxin. Preżenti għall-din l-attività kien hemm l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità. Din l-attività tagħmel parti mill-Kampanja Nibnu Pont, li qed issir b’kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità u l-Malta Girl Guides. 

F’kummenti li tat l-Onor. D’Amato qalet li din hija l-ewwel darba li qed issir okkażjoni bħal din tal-lum. “Konna mdorrijjin naraw lill-anzjani jirċevu r-rigali mingħand il-mistedin li jżuru din ir-residenza biex iqassmu r-rigali li nippreparaw għall-anzjani tagħna. Iżda din id-darba xtaqna li jkollna xi ħaġa differenti… kien għalhekk li stedinna lil dawn il-girl guides, għaliex ridna li l-anzjani tagħna wkoll jippreżentaw xi ħaġa lil dawn it-tfal… għaliex aħna nemmnu li l-anzjani m’għandhomx ikunu membri passivi tas-soċjetà taghna, rriduhom ikunu attivi u li huma wkoll jagħtu l-kontribut tagħhom.”  

“Min-naħa l-oħra qegħdin dejjem naħdmu biex inressqu lit-tfal u lill-anzjani aktar lejn xulxin, u attività bħal din tal-lum għanda tgħin biex tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni ta’ bejniethom.  

Hija kompliet tgħid li l-anzjani u t-tfal m’għadhomx iqattgħu daqshekk ħin flimkien, u għalhekk din ir-rabta bejn il-ġenerazzjonijiet qiegħda dejjem tonqos. “ Ħafna drabi t-tfal ma’ jifhmux biżżejjed il-bżonnijiet u l-kapacitjiet ta’ l-anzjani, u minn naħa tagħhom l-anzjani ħafna drabi jinsew il-benefiċcji li jistgħu jircievu mingħand it-tfal. It-tfal għandhom dik l-enerġija u l-pożittività li tista’ tkun ferm ta’ benefiċċju għal dawn l-anzjani.  

Fl-aħħar nett nixtieq nawgura l-Għid it-Tajjeb lill-anzjani tagħna, lill-ħaddiema u lill-qraba tagħhom. Nixtieq nawgura wkoll lill-Girl Guides u nirringrazzjhom ta’ l-impenn tagħhom ma’ l-anzjani” kompliet tgħid is-Sinjura D’Amato.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow