Left arrow Go Back

Iżjed ħidma biex iż-żgħażagħ jitilgħu aktar sportivi

pr0572
Date Icon 12/04/2006

In-Nursery ta’ San Ġwann fil-bidu tas-sena bdew proġett b’investiment ta’ madwar Lm130,000 għall-kisi tal-ground b’wiċċ ta’ turf sintetiku, sistema ta’ floodlighting tal-pitch u wire fence mad-dawra kollha tal-ground. 

Saret ukoll estensjoni biex is-surface area tal-ground setgħet tikber għal 4,500 metru kwadru. Il-ground ser ikun issa jista’ jinqasam f’erba’ pitches full size għal five a side li jistgħu jiġu wżati wkoll f’żewġ pitches seven a side jew pitch wieħed nine aside. 

Il-proġett tan-Nursery ta’ San Ġwannġie inawgurat fl-istess waqt li tnieda il-Mediterranean Cup Tournament. Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, li kien preżenti għall-inawgurazzjoni, qal li l-isports mhux talli kien mezz ta’ edukazzjoni iżda wkoll mezz biex it-tfal u ż-żgħażagħ jitilgħu b’saħħithom u ’l bogħod minn dak kollu li jista’ jagħmilhom il-ħsara. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern kien qed jagħti kull appoġġ lill-isports f’pajjiżna. Dan kien jagħmlu billi qed jibni padiljuni sportivi bħal dak ta’ Għawdex, il-Kottonera u Ħal Kirkop, billi bena pixxina nazzjonali, bil-modernizazzjoni ta’ waterpolo pitches, bil-bini ta’ impjanti sportivi u ta’ l-atletika u anke billi jgħin permezz ta’ artijiet u bini lil għaqdiet sportivi. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-isports kien ukoll mezz ta’ attrazzjoni turistika u għalhekk il-Gvern ħaseb biex jiġbor l-isport taħt segment leader bl-iskop li dan is-settur jikber u jattira aktar turisti sportivi lejn pajjiżna.  

Il-Ministru Zammit Dimech feraħ lid-direzzjoni tan-Nursery ta’ San Ġwann għall-ħidma tagħhom fost iż-żgħażagħ filwaqt li awguralhom aktar suċċessi fix-xogħol tagħhom biex jiġbdu lejn in-nursery aktar tfal u żgħażagħ. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow