Left arrow Go Back

IL-GVERN IĦARES L-INTERESSI TA’ L-OPERATURI KOLLHA FIS-SETTUR TURISTIKU

pr0564
Date Icon 12/04/2006

Il-Gvern nhar it-Tnejn, ħabbar numru ta’ incentivi sabiex jissaħħaħ it-turiżmu f’pajjiżna.  Dawn l-inċentivi tħabbru wara li l-Gvern tkellem ma’ l-Għaqdiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ l-operaturi fis-settur.   

Dawn l-Għaqdiet esprimew lill-Gvern, u anke permess ta’ stqarrijiet pubbliċi, l-appoġġ tagħhom għall-inizjattivi mħabbra.  Hekk ukoll għamlet l-MHRA nhar it-Tnejn, wara li ħarġet minn laqgħa ta’ siegħa u nofs mal-Prim Ministru. 

Għalhekk huwa ta’ sorpriża għall-Gvern kif wara l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja, l-MHRA ħarġet stqarrija li tgħid li d-dettalji kif mgħotija mill-Gvern nhar it-Tnejn, mhux se jwasslu għat-tkabbir tat-turiżmu fil-pajjiż u b’mod partikolari għall-introduzzjoni tal-Low Cost Carriers f’Malta. 

Il-Gvern jerġa’ jafferma li dak li qiegħed joffri huwa fl-interess ta’ l-industrija kollha u mhux ta’ xi wħud.  Il-Gvern irid isaħħaħ dak li rnexxielna nibnu f’dawn l-aħħar erbgħin sena u mhux jipperikolah.  

Fuq kollox ma jagħmilx sens li flok naraw il-ġid ta’ l-industrija tagħna, nagħtu iżjed każ ta’ xi talbiet li qegħdin isiru minn xi Low Cost Carrier, speċjalment fejn dawn it-talbiet jistgħu jikkaġunaw danni kbar għall-industrija tat-turiżmu f’pajjiżna. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow