Left arrow Go Back

ARRANGAMENTI BIEX PAZJENTI FL-ISPTARIJIET JIVVOTAW FL-ELEZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILLI LOKALI - 12 TA’ GUNJU 2004

PR988
Date Icon 11/06/2004

Id-Dipartiment tas-Sahha jgharraf illi bi qbil mal-Kummissjoni Elettorali saru dawn l-arrangamenti li gejjin sabiex il-votazzjoni minn pazjenti fi sptarijiet tal-Gvern timxi bl-ordni:

It-tabib konsulent inkarigat mill-kura tal-pazjent qed jindika fl-istorja ta' kull pazjent jekk il-pazjent jistax johrog mill-isptar biex jivvota u, jekk iva, hux mehtieg li johrog b'ambulanza jew b'xi mezz iehor ta' trasport.

Il-pazjenti qed tinghatalhom l-ghazla li jinqdew bis-servizzi li qed joffri d-Dipartiment sabiex jaslu sal-post tal-votazzjoni u lura, jew inkella jaghmlu arrangamenti ghall-trasport ma' dawk li jigu minnhom biex iwassluhom sal-post tal-votazzjoni u lura lejn l-isptar.

F'kaz ta' pazjenti li qrabathom ser iwassluhom bi trasport privat, dawn qed jinghataw permess bil-miktub mill-Amministratur ta' l-isptar li fih hu rikoverat il-pazjent li jigi minnhom.  F'jum il-votazzjoni dan il-permess irid jintwera l-ewwel lis-security officer ta’ l-isptar, sabiex l-individwu jkollu access ghall-isptar, u mbaghad lill-ufficjal inkarigat fl-istess sptar mit-trasport tal-pazjenti.

Fil-kaz ta' pazjenti li johorgu biex jivvutaw kontra l-parir tat-tabib konsulent jew li ma jehdux il-parir tieghu, rigward il-mezz tat-trasport, ikun mehtieg li l-pazjent jiffirma dikjarazzjoni li ghazel li jaghmel hekk fuq responsabbilita' tieghu nnifsu.  Jekk jaghmel hekk ikun jista' jmur b'liema mezz jaghzel.

Il-pazjenti huma mfakkra li biex johorgu jivvutaw ghandu jkollhom f'idejhom id-Dokumenti tal-Votazzjoni.

Fil-jum tal-votazzjoni ma jkunx hemm klinici ta’ outpatients, fizjoterapija, eccetera, jew tqassim ta’ medicini ghall-Outpatients fl-isptarijiet. Barra minn hekk, ma jithallewx jidhlu vizitaturi fl-isptarijiet fl-ebda hin, hlief f’dawn is-sitwazzjonijiet:

1.                  il-qraba ta’ pazjenti li jkunu fil-periklu tal-mewt;

2.                  l-irgiel ta’ nisa li dakinhar helsu jew ikunu fil-hlas;

3.                  il-genituri ta’ tfal li jkunu rikoverati l-isptar kemm fil-wards kif ukoll fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza; u

4.                  persuna wahda ma’ kull persuna adulta li tiddahhal fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow