Left arrow Go Back

IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT JIRRISPONDI GĦALL-KUMMENTI TAL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI DWAR IL-LANDFILLS

PR982
Date Icon 10/06/2004

Id-dubji u l-allegazzjonijiet tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li “hemm xi ħaġa tinten” fil-kwistjoni tal-landfills,huma ntiżi biss biex inaqqsu mill-mertu tal-Gvern li bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq is-sit tal-landfill, fuq studji u pariri tekniċi li fuqhom kien hemm qbil unanimu bejn l-esperti.

Bħalma ntqal fix-xhur li għaddew, qabel ma tittieħed deċiżjoni finali dwar engineered landfills, il-Gvern ried jassigura li jkun analizza l-alternattivi kollha quddiemu.

Biex dan ikun żgurat, il-Gvern għamel it-testijiet kollha meħtieġa u dawn kienu analizzati f’laboratorji kemm f’Malta kif ukoll fl-Ingilterra; u wara kienu wkoll awditjati. Dawn it-testijiet kienu jinkludu wkoll it-tħaffir ta’ boreholes. Il-konklużjonijiet ta’ l-istudji li saru, u li wrew li l-blat fl-Għallies mhux ta’ kwalita’ tajba, kienu wkoll maqbula unanimament mill-Bord tal-Minerali tal-MEPA.

Jidher ċar li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ma joqgħodx fuq il-parir ta’ l-esperti u qed jippretendi li hu biss jaf kollox. Jidher ċar ukoll li t-tattika tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni hi li jipprova joħloq id-dubji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow