Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. TONIO FENECH, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI FIL-FTUH TAL-FISCALIS SEMINAR DWAR ‘L-ISFIDA TAL-FRODI FUQ IL-VAT’ – SAN GILJAN – 9 GUNJU 2004

PR973
Date Icon 09/06/2004

Gheziez delegati mid-diversi pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropeja, kemm dawk membri kif ukoll dawk kandidati.

Ghandu unur li bhala Segretarju Parlamentari responsabbli ghall-Finanzi f’Malta ghan-nom tal-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta qieghed nindirizza din l-ewwel konferenza tal-Fiscalis li qatt saret f’Malta.  

Din il-konferenza hija storika wkoll ghaliex qeghda issir ukoll ftit aktar minn xahar wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea u ftit jiem qabel l-ewwel elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Unjoni imkabbra.  

L-Unjoni Ewropeja iggib maghha vantaggi kbar, pero’ iggib maghha wkoll sfidi ohra.  Il-pajjizi imsiehba fl-Unjoni Ewropeja kif ukoll dawk aspiranti ghandhom jikkoperaw u jahdmu aktar maghquda flimkien biex jghelbu dawn l-isfidi.  

Fost wahda mill-akbar sfidi hija t-tema ta’ din il-konferenza tal-Fiscalis f’Malta, iggifieri l-glieda kontra l-frodi (Carousel Fraud) u l-evazjoni tat-taxxa.  

Hu ghalhekk wiehed jawgura li din il-konferenza ta’ Malta titmexxa f’dan l-ispirtu ta’ Unjoni, ghaqda u koperazzjoni shiha bejn il-pajjizi bl-iskop li jintlahqu l-ghanijiet ahharin taghna.  

Il-fenomenu tal-Frodi Carousel ilu jizdied minn meta s-sistema tal-VAT, dahlet fis-suq intern ta’ l-Unjoni Ewropeja, bhala mezz ta’ kif ghandha tingabar it-taxxa fuq il-konsum b’mod kemm jista’ jkun uniformi bejn il-pajjizi Membri ta’ l-Unjoni Ewropeja.  

Din iz-zieda fl-evazjoni tat-taxxa kienet daqqa ta’ harta ghall-ekonomiji tal-pajjizi membri, ghaliex raw id-dhul taghhom jonqos.  

L-Unjoni Ewropeja flimkien mal-pajjizi fi hdana hadu diversi mizuri biex kemm jista’ jkun titrazzan din l-evazzjoni.  

Fost dawn il-mizuri wiehed isib l-implimentazzjoni ta’ ligijiet aktar iffukati fuq ko-operazzjoni amministrattivi bejn il-pajjizi, it-twaqqif ta’ strutturi, specjalizzati fid-diversi pajjizi li jikkumbattu l-evazjoni u l-frodi ta’ taxxa (anti-fraud units), gwidi wkoll ta’ strategi migburin mill-esperjenzi tal-pajjizi membri ta’ kif wiehed ghandu jikkombatti l-evazjoni (Best PracticeGuide), kif ukoll it-twaqqif tas-sistema ta’ kontroll fuq informazzjoni dwar taxxa fuq il-Valur Mizjud (VAT Information Exchange System – VIES) liema sistema kellha tiddahhal mal-waqa’ tal-kontrolli fid-dwana.  

Malta f’dan il-qasam ukoll tat il-kontribut taghha.  

Qabel shubija formali fl-Unjoni Ewropeja, Malta kienet minn dejjem minn ta’ quddiem biex jittiehdu mizuri biex titkompla tikber il-kultura tal-Fiskalita Morali.  

Mas-shubija Malta permezz tad-Dipartiment tal-VAT kienet hadet hsieb biex l-istrutturi necessarji u obbligatorji jigu imwaqqfa u mhaddma bl-aktar mod efficjenti.  Fost dawn, is-sistema tal-VIES u l-Ufficju Centrali (CentralLiaison Office – CLO) li imexxi u ihaddem is-sistema.  Struttura ohra li twaqfet hija dik li tigbor informazzjoni li permezz taghha titrazzan din l-evazjoni (Anti-Fraud Units).  

Wiehed ukoll irid jirrimarka wkoll li l-fenomenu tal-Frodi Carousel ser jiehu xejra ohra mill-1 ta’ Mejju l’hawn.

Dan ghaliex li apparti l-evazjoni tat-taxxa li issehh mal-waqa’ ta’ kontrolli fil-fruntieri, fil-pajjizi membri l-godda issehh ukoll evazjoni ta’ taxxa wkoll fuq talbiet eccessivi ta’ rifuzjoni ta’ VAT li attwalment ma jkunux iggustifikati u permessi bil-ligi (Refund Fraud).  

Din it-tip ta’ evazjoni nsibuha wkoll fil-pajjizi li kienu ga membri, pero’ bit-thabbir li sar fl-1 ta’ Mejju l-isfida hija akbar ghaliex wiehed irid jahdem u jikkumbatti li din it-tip ta’ evazjoni ta’ taxxa fuq rifuzjonijiet, ma jsirx ukoll Carousel Fraud u b’hekk il-problema ta’ l-evazjoni tkun aktar rampanti.  

GHalhekk biex naghlaq inheggeg lilkom delegati ta’ kull pajjiz li bhala ufficjali oghlja u responsabbli ghad-decizjonijiet fl-amministrazzjonijiet tat-Taxxa taghkom f’pajjizkom, tiddiskutu flimkien u taslu ghal decizjonijiet fuq strategiji u linji ta’ azzjoni konkreti biex jinghelbu kemm jista’ jkun l-isfidi ta’ frodi u l-evazzjoni tat-taxxa tal-VAT.  

J’Alla din il-konferenza ta’ Malta, f’Ewropa imkabbra, tkun biss il-bidu ta’ hafna laqghat ohra simili u hidma intensiva shiha bejn il-pajjizi biex fl-ahhar mill-ahhar ukoll jintlahqu l-oggettivi u l-iskop ewlieni tal-programm tal-Fiscalis, “dak li permezz tal-ko-operazzjoni bejn il-Membri Stati jitjiebu l-operat u l-efficjenza fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa.

Dan ikun ta’ gid ghal kull Gvern f’kull pajjiz Membru u anki dawk Kandidati ghaliex b’amministrazzjonijiet ta’ taxxa aktar efficjenti, l-gbir tat-taxxi dovuti f’suq intern wiehed (single internal market) ikun aktar gust ghal gid tal-popli Ewropew.  

Fl-ahharnet nawguralkom li apparti l-hidma siewja li ser tohrog minn din il-konferenza f’Malta, issibu wkoll ftit hin ta’ mistrieh biex tgawdu l-gzira sabiha taghna bhala turisti.  Niggarantilkom li Malta mil-lat turistiku ghandha hafna x’tofri ghall-gosti varji taghkom.  

Grazzi hafna.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow