ZJARA UFFICJALI TAL-MINISTRU JOHN DALLI FIS-SLOVENJA
Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni ta’ l-Investiment l-Onor. John Dalli beda zjara ufficjali fir-Repubblika tas-Slovenja fejn kellu laqghat bilaterali mal-Gvern Sloven.
Il-Ministru John Dalli kellhu laqghat mal-President tar-Repubblika Slovena Dr Janez Drnovsek, mal-Prim Ministru Anton Rop, mal-President tal-Kamra tad-Deputati Borut Pahor, mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Dr Dimitrij Rupel, mal-Ministru tal-Finanzi Dusan Mramor kif ukoll ma’ l-Ministru responsabbli ghall-Izvilupp Regjonali Zdenka Kovac.
Gie ffirmat Programm ta’ Kooperazjoni bejn iz-zewg pajjizi dwar kooperazjoni fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, il-kultura u x-xjenza. Dan il-programm ser ikompli jsahhah ir-relazzjoni tajba li hemm bejn iz-zewg pajjizi. Dan ghall-fatt li l-ftehim ikopri koperazzjoni bejn il-pajjizi fejn jidhlu diversi inizjativi kulturali fosthom bdil ta’ esebizzjonijiet ta’ arti, kooperazzjoni bejn il-muzewijiet u l-libreriji nazzjonali taz-zewg pajjizi, ghajnuna lil-Universitajiet u diversi istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll skambju ta’ xjenza u ricerka fuq temi mifthiema.
Gie diskuss ukoll trattat dwar koperazzjoni fil-kamp tat-trasport marittimu. Iz-zewg nahat qablu li ghandha tigi stimolata aktar il-koperazzjoni ekonomika fil-qasam tal-kummerc u tat-turizmu.
Iz-zewg nahat trattaw fil-fond diversi temi li ser jigu diskussi fil-konferenza intergovernattiva matul il-gimgha d-diehla f’laqghat li se jsiru fil-Lussimburgu u fi Brussels. Fost it-temi li gew diskussi kien hemm it-tema dwar in-numru minimu ta’ siggijiet li pajjiz ghandu jkollu fil-Parlament Ewropew, u t-trattament ta’ gzejjer li jbaghtu minn certu zvantaggi u l-kompozizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Ministru Dalli u d-delegazzjoni tieghu huma l-mistiedna tal-Ministru ta’ l-Affarijiet Sloven Dr Dimitrij Rupel.
Il-Ministru John Dalli qieghed ikun assistit mil-Ambaxxatur Malti ghas-Slovenja, is-Sur Alex Agius Cesareo u minn Frank Zammit l-Assistent Segretarju Privat fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni ta’ l-Investiment.
Other Press Releases:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937