Left arrow Go Back

L-AĦĦAR XOGĦLIJIET FIL-PROĠETT TA’ TISBIĦ TA’ PACEVILLE

PR962
Date Icon 08/06/2004

Il-Proġett b’investiment ta’ LM1 miljun ser ikun komplut sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar hekk kif kien ippjanat

Il-Proġett ta’ tisbiħ fit-toroq interni ta’ Paceville mistenni jkun lest sa’ l-aħħar ta’ Gunju hekk kif kien oriġinalment ippjanat. Dan ħabbru l-Ministru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit waqt li kien qed izur ix-xogħlijiet li qed isiru fuq it-tielet u l-aħħar fazi ta’ dan il-proġett kbir.

Dan il-proġett kien ingħata bidu f’Ottubru 2003 fejn apparti diversi xogħlijiet konnessi mal-proġett ta’ tisbiħ fit-toroq interni bħal pavimentar, sar ukoll xogħol estensiv qabel bħal bdil tas-servizzi kollha ta’ taħt l-art li kienu ddeterjoraw maż-żmien. Il-Ministru Ninu Zammit spjega li fis-sajf li għadda saru l-istudji meħtiega biex seta` jkun determinat liema servizzi kienu jeħtieġu jinbidlu jew jissewwew. Fost ix-xogħlijiet importanti li saru kien hemm installazzjoni ta’ mains ġodda ta' l-ilma fit-toroq, kif ukoll CCTV surveys tal-katusi tad-dranaġġ kollha fl-inħawi bl-iskop li jkunu iddentifikati l-ħsarat u jsir it-tibdil neċċessarju ta' katusi sabiex irendu s-sistema kollha fi stat tajjeb. Sar bdil ukoll tas-servizz tad-distribuzzjoni ta’ l-ilma liema xogħol sar mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru għar-Riżori u Infrastruttura.  L-istess proġett qiegħed jinkorpora fih ukoll it-tibdil u provvista aħjar ta' servizzi fosthom tal-Maltacom, Melita Cable u Enemalta.  Fil-każ ta' servizz ta’ l-elettriku tqegħdu cables ġodda biex titjib id-distribuzjoni fl-inħawi. Kien hemm xi xogħlijiet oħra konessi ma’ dan il-proġett li saru mill-kuntratturi taħt is-superviżjoni tal-Periti tal-Ministeru. 

Il-Ministru ghar-Riżorsi u l-Infrastruttura rrimarka li l-għan principali wara d-deċizjoni li dan il-proġett ikun maqsum fi tlett fażijiet, kien sabiex jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli lir-residenti u l-komunità kummerċjali ta’ Paceville u ż-żona tal-madwar.

Fir-rigward tal-pjazza ta’ Paceville li qed titqies bħala l-qofol tal-proġett hawn qed isiru l-aħħar xogħlijiet ta’ tqegħid ta' pavimentar attraenti b’disinn partikolari.  It-toroq li jmissu mall-pjazza wkoll ser ikunu pavimentati b'mod li fil-ħinijiet ta' filgħaxija ċ-ċentru jingħalaq għall-karozzi (bl-eċċezzjoni tal-coaches tat-turisti li jservu St. George's Complex u l-Vivaldi Hotel, li m'għandhom l-ebda aċċess ieħor).

Ninu Zammit tenna li dan il-proġett li kien imniedi mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, qiegħed jiġi kkordinat mall-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan li jirrapreżenta l-interessi tar-residenti kif ukoll mal-GRTU li jirrapreżentaw il-komunita` kummerċjali. Huwa qal li bl-għajnuna ta’ dawn ukoll ser isir koordinament fi tlett ijiiem partikolari tal-ġimgħa d-dieħla fejn ser jingħalqu t-toroq interni kollha ta’ Paceville minħabba xogħlijiet li se jingħata l-aħħar wiċċ tat-tarmac mat-toroq kollha. Għaldaqstant mhux ser ikun hemm possibilita` għall-access għal Paceville bejn

Nhar it-Tlieta 15 ta’ Gunju 2004 mis-7.00am

sa

Nhar il-Hamis 17 ta’ Gunju 2004 sa nofsinhar

Il-Ministru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura wera s-sodisfazzjon tiegħu li progett ambizjuz bħal dan ta’ Paceville ser ikun lest fiz-zmien stipulat u barra minhekk permezz tad-decizjoni tal-Ministeru li l-bicca l-kbira tax-xogħol saret mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, in-nefqa fuq dan il-progett sarrfet fi tnaqqis ta’ eluf kbar ta’ liri. L-inawgurazzjoni ta’ dan il-progett ta’ tisbiħ f’Paceville li hu meqjuz bħala l-mekka tad-divertiment f’dan il-pajjiz hu maħsub li ssir fl-1 ta’ Lulju.

Fl-aħħarnett il-Ministru Ninu Zammit fakkar li dan ix-xogħol f’lokal daqshekk importanti kien qed isir skond standards stabbiliti u skond perjodi fissi ta’ żmien bis-saħħa ta’ l-koperazzjoni sħiħa ta’ riżorsi umani fi ħdan il-Ministeru bil-għan li proġetti simili u jsiru b’effiċjenza u bl-inqas spiża possibli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow