Left arrow Go Back

IKTAR DEVOLUZZJONI TA' PROPRJETA' TAL-GVERN LILL-KUNSILLI LOKALI

PR959
Date Icon 08/06/2004

Il-Gvern ghaddej bi programm ta’ hidma kontinwa biex l-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-Demorazija Lokali jkunu sfruttati bl-ahjar mod fl-interess tar-residenti tal-lokalitajiet ta’ Malta u Ghawdex.

Dan qalu l-Vici Prim Ministru Dr Tonio Borg waqt li kien qed jippresjedi zewg attivitajiet li matulhom gew devoluti proprjetajiet tal-Gvern lill-Kunsilli Lokali tal-Qala u tan-Nadur.

Dr Borg beda biex ferah liz-zewg Kunsilli Lokali ghall-progetti li ghandhom biex jittrasformaw il-proprjetajiet li gew devoluti lilhom f’Centri Civici.  F’dawn ic-centri r-residenti ser isibu l-aktar istituzzjonijiet lokali importanti kollha f’post wiehed centrali.

Il-Ministru Borg esperima l-konvinzjoni tieghu li l-introduzzjoni tal-Kunsilli Lokali f’pajjizna halliet u ghada qed thalli gid kbir u tangibbli lir-residenti tal-lokalitajiet rispettivi.  “Hafna lokalitajiet f’Malta qed isahhu l-identità lokali taghhom b’centri bhal dawn li jservu ta’ fus ghall-attivitajiet l-aktar importanti tar-rahal.”

Id-decentralizzazzjoni tal-poter, kompla l-Ministru Borg, qed narawha tiehu dejjem aktar forma tangibbli, billi kull Gvern Lokali qed jinghata l-poter li jamministra dawk l-affarijiet li r-residenti jigu bzonnhom fil-hajja ta’ kuljum.  Dan isahhah anke l-kuntatt u l-komunikazzjoni bejn ir-residenti u l-Gvern Centrali u jsahhah il-principji demokratici li lkoll nemmnu fihom.

Dr Borg fakkar li ninsabu gimgha biss ’il boghod mill-elezzjoni ta’ terz tal-Kunsilli Lokali.   Huwa esprima s-sodisfazzjoni tieghu ghall-fatt li anke fil-livell lokali, il-Maltin jippartecipaw bi hgarhom biex jivvutaw u hekk jaghtu kredibilità dejjem akbar lill-Kunsilli li qed jahdmu f’isimhom.  “In-numru ta’ dawk li jmorru jivvutaw huwa termometru tajjeb ta’ l-interess tac-cittadini fil-politika lokali u tal-livell ta’ servizz li jistennew li jinghataw.”

L-elezzjonijiet tat-12 ta’ Gunju, qal il-Ministru Borg, ser jkollhom sinjifikat specjali, ghax minbarra l-elezzjoni tal-Kunsilliera, ghall-ewwel darba l-Maltin se jkollhom l-opportunità li jeleggu lir-rapprezentanti taghhom fil-Parlament Ewropew. 

Il-Ministru Borg tenna li bis-shubija fl-Unjoni Ewropea f’mohhu, il-Gvern ghaddej b’hidma intensiva biex jara x’beneficcji nistghu niksbu anke fuq livell lokali.

Bhala ezempji huwa semma l-partecipazzjoni tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fil-Programm ta’ l-Unjoni Ewropea imsejjah Cost Action Programme A26.  Dan huwa programm li ghandu l-ghan li jkabbar l-informazzjoni u l-gharfien dwar id-diversi forom ta’ gvernijiet lokali b’enfasi sabiex titkabbar il-kompettitività ekonomika u jkunu mifhuma ahjar il-beneficcji tal-koezjoni socjali.  F’dan il-programm hemm ukoll il-partecipazzjoni ta’ l-Università ta’ Malta fejn hemm il-hsieb li ssir ricerka dwar kif certi lokalitajiet jistghu igawdu minn titjib ekonomiku u socjali.

Dr Borg semma wkoll il-pjani li ghandu d-Dipartiment biex aktar tard din is-sena jorganizza sensiela ta’ seminars ghall-Kunsilli Lokali kollha dwar temi li jolqtuhom mill-qrib bhall-programmi li l-Unjoni Ewropea ghandha ghall-Kunsilli Lokali u l-Programmi ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-offerti.

Il-Gvern se jorganizza wkoll kors ta’ tahrig ghall-ufficjali kollha dwar l-operat, il-ligi, il-processi u kompetenzi ohra li jtejbu l-livell ta’ servizz moghti mid-Dipartiment.  

“Dan kollu jissottolinea l-impenn tal-Gvern, li partikolarment fuq il-livell lokali, nisfruttaw kemm nistghu l-opportunitajiet li toffrina l-Unjoni Ewropea biex insahhu d-demorzaija lokali, bl-interess tac-cittadin li jibqa’ bhala l-principju ewlieni li ghaluha dan kollu qed isir,” temm jghid il-Ministru Borg. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow