Left arrow Go Back

IR-RIŻULTATI UFFIĊJALI TA’ L-ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILLI LOKALI FUQ L-INTERNET

PR958
Date Icon 08/06/2004

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni ser jippubblika r-riżultat uffiċjali ta’ l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali rispettivament, fuq il-Website tiegħu www.doi.gov.mt

L-ewwel ma jiġu mxandra s-Sibt bil-lejl, 12 ta’ Ġunju, jkunu l-persentaġġi ta’ votanti li jkunu tefgħu l-vot tagħhom.  

Eventwalment, pero` mhux qabel l-10.00pm tal-Ħadd 13 ta’ Ġunju, jixxandru r-riżultati uffiċjali ta’ l-ewwel count ta’ l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew.  Il-counts kollha sussegwenti jibqgħu jiġu mxandra kollha sat-tmiem tar-riżultati finali.  

Ir-Riżultati ta’ l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali huma mistennija li jixxandru s-Sibt 19 ta’ Ġunju, wara li jibda l-proċess ta’ l-għadd fit-8.00am.  Ir-riżultati tal-counts kollha ta’ kull lokalita` jibqgħu jiġu mxandra sakemm jispiċċa l-proċess kollu.  

Ir-Result Sheets, kemm ta’ l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kunsilli Lokali, diġà huma on line u wieħed jista’ jidħol fihom permezz ta’ banners li jidhru fuq il-homepage tal-website tad-DOI.      

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow