Left arrow Go Back

FTUĦ TAT-TIELET EDIZZJONI TAL-GOZO TRADE FAIR

PR951
Date Icon 04/06/2004

It-tielet edizzjoni tal-fiera kummercjali t’Għawdex, organizzata mill-Kamra tan-Negozju għal Għawdex fil-Kumpless Sportiv, giet inawgurata llum waqt attivita’ li fiha hadet sehem l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.

Din l-edizzjoni tal-fiera hija l-ikbar waħda sa mill-bidu tagħha fl-2002, bis-sehem ta’ 66 partecipant, u għall-ewwel darba b’dimensjoni nternazzjonali.

F’diskors ta’ l-okkażjoni, il-Ministru Debono qalet li matul iż-żminijiet, Għawdex, bħall-bqija tal-pajjiżi tal-madwar, beda jibdel il-forma ta’ żvilupp ekonomiku li jgħaddi minnu. Hija qalet li Għawdex beda jersaq eqreb tar-realtajiet ekonomiċi ta’ pajjiżi ġirien tagħna u jżid l-investiment f’oqsma li jirrendu xi ftit iktar bħal dak tas-servizzi. L-ekonomija ta’ Għawdex m’għadhiex tiddependi b’mod qawwi fuq is-settur tal-manifattura tradizzjonali, imma qed toqrob dejjem iktar lejn il-manifattura ta’ prodotti speċjalizzati u l-għoti ta’ servizzi, marbuta wkoll mal-qasam ta’ l-informatika.

Il-Ministru Debono rreferiet għall-ħidma kontinwa tal-Ministeru għal Għawdex u l-Malta Enterprisebiex f’Għawdex jiżdied l-investiment. “Kontinwament, fil-ħidma tagħna, niltaqa’ ma’ investituri barranin li, permezz tal-provvediment ta’ skemi mill-Gverntaħt il-Business Promotion Act, ikunu qed jikkunsidraw lil Għawdex bħala l-post fejn jinvestu l-attivita’ ekonomika tagħhom, li tirriżulta f’iktar opportunitajiet ta’ xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess. Dan huwa marbut ukoll mal-koperazzjoni kostanti li l-Ministeru għal Għawdex għandu mal-Malta Enterprise”.

Il-Ministru għal Għawdex tkellmet dwar il-ħaddiem Għawdxi u l-karatteristici tiegħu. Hija qalet li f’Għawdex l-investitur isib riżors prezzjuż. “Għandna l-bniedem li hu ħerqan għax-xogħol, lest li jinvesti fih innifsu, jitgħallem iktar, jitħarreġ iktar, sabiex ikollu l-għodda f’idejh u jużahom għall-benefiċċju tiegħu stess. Għandna r-rieda li nissuperaw il-livelli u l-istandards li nkunu lħaqna u nimmiraw dejjem ogħla. Għandna l-prodott artiġġjanali u dak maħdum lokalment, prodotti ta’ kwalita’ imfittxija sew mill-barranin li jkunu fostna u mill-Maltin stess. Għandna niċeċ li nistgħu nisfruttaw u nispeċjalizzaw fihom biex finalment, it-trademark tal-prodott Għawdxi jkun wieħed ta’ l-ogħla kwalita’.

Il-Ministru Debono qalet li l-ġejjieni li għandna quddiemna, issa li Malta hi membru ta’ l-Unjoni Ewropea, huwa wieħed mimli opportunitajiet li jekk nagħrfu nisfruttawhom bil-għaqal jirrendu bl-iktar mod vantaġġjuż għal Għawdex.

Il-Ministru Debono temmet id-diskors tagħha billi rringrazzjat lill-Kamra tan-Negozju għal Għawdex, b’mod partikolari lis-sotto-kumitat tal-artiġġjanat fi ħdan il-Kamra, ghall-organizzazzjoni ta’ din il-fiera annwali. Hija esprimiet it-tama li anke din l-edizzjoni tkun success għall-bejjiegħa Maltin, Għawdxin u barranin li ħatfu din l-opportunita’ u esponew il-prodotti u s-servizzi li joffru.

Lejn tmiem l-inawgurazzjoni, il-Ministru għal Għawdex flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb, il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex u l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu iffirmaw ftehim ta’ koperazzjoni ma’ tlett aġenziji Taljani: Comunita’ Montana Valle dell’Aniene, Agenzia Sviluppo Provincia di Roma u Colline Romane spa. Dan bil-għan li tinħoloq struttura fejn kollaborazzjoni bejn Għawdex u l-Italja tissarraf fi proġetti li joħolqu iktar xogħol u allura iktar impjiegi għall-Għawdxin f’Għawdex stess.

Il-Gozo Trade Fair ser tibqa  miftuħa  sa nhar it-Tnejn filgħaxija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow