IL-MINISTERU GHAT-TEKNOLOGIJA TAL-INFORMAZZJONI U INVESTIMENT DWAR IS-SOSPENSJONI TAD-DIRETTIVI INDUSTRIJALI FIT-TARZNA
Il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u Investiment illum ġie nfurmat illi l-GWU kienet qiegħda tissospendi d-direttivi ndustrijali kollha li kienet ħarġet fit-Tarzna. Il-GWU qalet li kienet qed tagħmel dan b’sinjal ta’ rieda tajba u fil-kuntest li tixtieq li jibdew isiru laqgħat bejn il-partijiet, biex jiġu riżolti numru ta’ kwistjonijiet pendenti.
B’għarfien ta’ dan il–pass pożittiv, il-Ministru immedjatament iffissa l-ewwel laqgħa għal nhar il-Ħamis 10 ta’ Ġunju.. In-naħa tal-Gvern ser titmexxa mill-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u Investiment stess, l-Onor. Austin Gatt.
Il-Ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu li għal darb’oħra jidher li s-sens komun qiegħed jipprevali u l-partijiet kollha nvoluti qegħdin jifhmu li jekk kulħadd juri rieda tajba u jwarrab il-kunċetti skaduti ta’ kif għandhom jitħaddmu r-relazzjonijiet industrijali, is-soluzzjonijiet għall-problemi dejjem jinstabu.
Dan intwera bl-aktar mod ċar, fil-proċessi ta’ ristrutturar tal-Public Broadcasting Services u ta’ l-Air Malta; u l-Ministeru ma’ jarax għaliex dan m’għandux ikun l-istess fil-każ tat-Tarzni.
Other Press Releases:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937