IL-GVERN QED IGEDDED L-EKONOMIJA TAL-PAJJIZ
“L-istess statistika u argumenti ta’ l-Oppozizzjoni Laburista dwar is-sitwazzjoni tax-xoghol f’Malta huma l-aktar xhieda cara tal-process ta’ ristrutturazzjoni posittiva li l-Gvern prezenti b’ghaqal qed iwettaq. Il-Gvern jaf li l-aqwa gejjieni ghall-poplu Malti u Ghawdxi, specjalment ghaz-zghazagh, jigi assigurat permezz ta’ politika ta’ tigdid fis-setturi ekonomici kollha, sew dawk privati tas-servizzi u manifattura, kif ukoll tas-settur pubbliku.”
Dan sostnieh Louis Galea, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Xoghol u Impjiegi bi twegiba ghall-Konferenza Stampa li ta l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista Dr Alfred Sant.
Louis Galea sostna li l-figuri ta’ l-ETC, fost hwejjeg ohra, juru li:
· n-numru ta’ dawk jirregistraw ghax-xoghol qed jonqos;
· in-numru ta’ redundancies din is-sena hu anqas mill-2002;
· mijiet minn dawk li tilfu x-xoghol fl-ewwel terz tas-sena digà regghu sabu x-xoghol;
· is-settur privat innotifika lill-ETC b’1800 vakanza ta’ impjiegi fl-ewwel erbgha xhur ta’
din is-sena;
· is-settur tas-servizzi qed ikompli jzid is-sehem tieghu mir-rata ta’ l-impjiegi;
· il-Gvern qed iwettaq l-akbar ristrutturazzjoni li qatt saret f’imprizi fis-settur pubbliku
fl-ahhar tletin sena biex inaqqas il-piz ta’ miljuni kbar ta’ liri minn fuq dahar il-poplu.
“Il-poplu Malti ghandu, mhux jaqta` qalbu, imma jkun sodisfatt li ghandu Gvern li, wara li assigura futur gdid fi hdan l-Unjoni Ewropea, issa, b’kuragg, b’ghaqal u bi spirtu ta’ gustizzja socjali, qieghed jahdem biex igedded l-ekonomija tal-pajjiz halli din terga` taqbad ir-ritmu u tkompli tkattar aktar impjiegi u negozju. Il-politika tal-Gvern mhix behsiebha tilghab mal-futur tal-Maltin u l-Ghawdxin ghall-iskop ta’ politika partigjana lejliet l-elezzjonijiet lokali u dawk tal-Parlament Ewropew,” kompla Louis Galea.
Louis Galea sostna li l-mizuri tal-Gvern dwar is-Sea Malta jiggarantixxu l-holqa mehtiega ta’ transport bil-bahar ta’ kull importazzjoni u esportazzjoni. Anzi il-Gvern qed jahdem biex jiehu mizuri halli l-ispiza tat-trasport bil-bahar ghall-industrija u l-kummercjanti tonqos halli l-prodotti jsiru aktar kompetittivi.
Il-Ministru Galea cahad ukoll l-invenzjoni li giet rappurtata li ntqalet minn Dr. Alfred Sant li l-Gvern ghandu xi hsieb li ‘jtajjar 12,000 impjieg mis-servizz civili sal-2008’. Il-Gvern irid servizz civili u settur pubbliku effettiv u produttiv biex il-poplu u l-ekonomija tal-pajjiz ikunu moqdijin hafna ahjar.
“L-istudju li l-Mexxej Laburista qal li kkomissjona l-Partit Laburista ma fih l-anqas l-icken suggeriment jew proposta konkreta ta’ gid li tista` mqar tohloq impjieg wiehed. Dan l-istudju bilkemm hu dehen ta’ ‘essay’ ta’ student ta’ l-ekonomija tas-Sixth Form,” temm Louis Galea.
Other Press Releases:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937