ESPORTAZZJONI GDIDA TA’ PATATA GHALL EWROPA WARA 35 SENA
Illum is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Biedja u Sajd Dr Francis Agius, qal li meta Maltama kienetx membru ta’ l-Unjoni Ewropea, kienet tista’ tesporta biss sa l-ahhar ta’ Mejju, minhabba li wara l-ahhar ta’ Mejju kienet tithallas levy ta’ 13.5%; b’hekk dan il-prodott qatt ma seta’ jkun kompettitiv fi swieq Ewropej.
Wara li Malta saret membru ta’ l-Unjoni Ewropea issa l-vantagg kbir ghall bidwi Malti hu li mill-ewwel ta’ Gunju jista’ jesporta minghajr kwota u minghajr levy. L-Esportazzjoni tal-patata Alpha, Sante u varjetajiet ohra, qabel l-ewwel ta’ Gunju kienet ta’ 7, 328.58-il tunellata.
Illum ser nergghu nibdew nesportaw l-ewwel 250 tunellata ta’ varjetajiet godda ta’ patata minghajr ebda levy u minghajr ebda kwota. Sussegwentement il-gimgha d-diehla ghandu jkun hemm talba ohra minn swieq Ewropej ghal madwar 250 tunellata ohra. Dan huwa vantagg kbir ghall-bidwi Malti fejn issa qed jikkompeti fi swieq Ewropej minghajr ebda xkiel.
Other Press Releases:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937