Left arrow Go Back

JITFASSLU R-REGOLI TA’ L-ANTI DOPING

PR940
Date Icon 02/06/2004

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Mpjiegi Louis Galea ġie ppreżentat bir-rapport dwar il-politika u r-regoli ta’ l-Anti Doping għal Malta li fassal l-Anti Doping Advisory Board, kumitat li ilu mwaqqaf minn Novembru li għadda mill-ex-Ministru ta’ l-Isport Jesmond Mugliett.  Dan sar biex Malta tkun konformi mal-pajjiżi kollha tad-dinja u b’hekk kull pajjiż ikun jista’ jiffirma dik li tissejjaħ id-dikjarazzjoni ta’ Copenhagen , fejn Malta tkun qed tikkonforma mar-regoli tal-World Anti Doping Agency (WADA).  Il-WADA hi aġenzija dinjija li twaqqfet proprju bl-iskop li tikkoordina u tikkumbatti l-użu llegali ta’ sustanzi pprojbiti fl-isport. 

Il-funzjonijiet ta’ l-Anti Doping Advisory Board kienu li jagħti parir sabiex titwaqqaf Politika Nazzjonali u Pjan ta’ Azzjoni speċifikament fuq anti doping. Il-Bord ta wkoll parir, flimkien ma’ l-avukat ġenerali, dwar ir-ratifika tal-Konvenzjoni tal-WADA, u issuġġerixxa metodi ta’ kif għandna nimplimentaw din il-Konvenzjoni. Ġie preparat abbozz ta’ regolamenti li eventwalment għandu jwassal għall-Avviż Legali dwar l-Anti Doping.  

Il-Ministru Galea qal li “l-isport huwa mportanti kemm għas-saħħa fiżika kif ukoll dik mentali u għall-edukazzjoni ta’ kulħadd. Għalhekk għandna nikkumbattu kull ostaklu li jista’ jkun hemm kontra l-isport, bħad-doping”.  Dr Louis Galea irringrazzja wkoll lis-sitt  membri li ħadmu f’dan il-kumitat – Dr Stephen Zammit (Chairperson), Ms Lara Gerada, Dr John Buhagiar, Dr Janet Mifsud, Mr John Farrugia, Mr Joe Cassar, Dr Peter Fenech u Mr Joe Dimech.  “Dan huwa l-ewwel pass lejn it-thejjija biex f’Malta wkoll ikollna Anti Doping Body u nkunu nistgħu niffirmaw il-Konvenzjoni ta’Copenhagen qabel l-Olimpjadi biex l-atleti tagħna jkunu jistgħu jieħdu sehem”, kompla jsostni l-Ministru.  

“Diversi għaqdiet ser jieħdu spinta l-quddiem la darba kollox jiġi finalizzat.  Sal-ġimgħa l-oħra l-FIFA wkoll iffirmaw ftehim mal-WADA li huma wkoll ser jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli”.  Il-Ministru Galea għamel appell biex l-atleti kollha jżommu l-isport nadif u biex jikkompetu b’mod ġust u onest.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow