Left arrow Go Back

INTERESS FIL-BINI TAL-HITAN TAS-SEJJIEGH

PR937
Date Icon 02/06/2004

Wara s-success li kiseb permezz ta` serje ta` programmi ta’ tahrig ghall-pubbliku generali, il-Kunsill Konsultattiv ghall-Industrija tal-Bini (BICC), gie nkarigat mill-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura sabiex ihejji diversi programmi ta’ tahrig specifici fi snajja popolari fid-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici li jghamel parti mill-istess Ministeru.

L-inizjattiva tikkonsisti f’korsijiet intensivi bil-ghan li aktar haddiema tad-dipartiment ikomplu jitharrgu f’diversi snajja fosthom, fil-bini tal-hitan tas-sejjiegh, preservazzjoni tal-gebla Maltija, tikhil, kisi u tqeghid ta’ madum (tal-bankini), disinn u kostruzzjoni tat-toroq, sahha u sigurta` fuq il-post tax-xoghol, u kors tekniku fis-sengha tal-bini li jhejji lill-applikant biex jikseb il-licenzja tal-bini.

Ghal din l-ewwel skema, d-Dipartiment sponsorja 205 haddiem f’diversi skali bl-iskop li fi zmien future, id-dipartiment jigi riorganizzat billi jidentifika l-kapacitajiet u r-responsabilitajiet tar-rizorsi umani tieghu.

Waqt li kien qed izur lill-partecipanti li kienu qed jitghallmu s-sengha tal-bini tal-hitan tas-sejjiegh, il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastuttura l-Onor. Ninu Zammit, fahhar l-inizjattivi godda li qed jiehu l-BICC. Hu qal li dawn il-programmi ta’ tahrig qajmu nteress fost il-haddiema tad-dipartiment, tant li diga` qed tigi preparata skema ohra fil-livell ta’ Management, kif ukoll fir-restawr tal-bini barokk.

Il-Ministru sahaq dwar l-importanza tat-tahrig ghall-haddiema, u d-dmir ta` min ihaddem li jinvesti fil-haddiema tieghu. Dan ghandu jkun ta’ motivazzjoni ghall-industrija, kif ukoll dik tieghu bhala Ministru li jara d-dipartiment organizzat u b’sahtu sabiex ikun f’pozizzjoni li jrodd lura ghal dak li jircievi minghand il-poplu.

Kienet l-idea tal-Ministru Zammit stess li t-tahrig ghandu jkun fuq bazi ta’ hands-on, fejn il-partecipanti kollha jkunu qeghdin isebbhu filwaqt li jitghallmu. Dan ikun ta` sodisfazzjon ghal l-istess partecipanti li jhossuhom fdati u responsabbli fuq kull lant ta’ xoghol. Huwa ferm importanti li min iheggeg lin-nies tieghu ghat-taghlim, ikun lest li jsegwi personalment mill-vicin l-attivita` kollha li tkun qed issir, u li wiehed jiddiskuti u jiehu l-opinjoni ta` kulhadd, ghax kulhadd ghandhu x’jitghallem.

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura spjega s-sodisfazzjon tieghu li jara l-haddiema tad-dipartiment li tieghu hu responsabbli, dedikati u determinati li jkomplu jitghallmu fuq l-esperjenza li diga` kisbu, specjalment fuq snajja li sfortunatament kien qed jonqos l-interess fihom.

Sal-lum, il-Gvern hafna drabi kellu jirikorri ghand is-settur privat sabiex iwettaq certu xoghlijiet minhabba n-nuqqas ta` nies imharrga f’diversi snajja. Huwa l-iskop tal-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura li jsahhah u jincentiva r-rizorsi umani tieghu specjalment dawk produttivi sabiex ikunu kompetittivi f’kull taqsima fi hdan id-dipartimenti koncernati, ghas-servizz tal-poplu Malti w Ghawdxi kollu, li jikkontribwixxi ghalih.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow