JINHATRU L-MEMBRI TAL-BORDIJIET TAL-KUNSILL MALTI TAL-ARTIGJANAT U L-KUMMISSJONI GHALL-KUMMERC GUST
Il-Ministru tal-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni hatar il-membri tal-Bord tal-Kunsill Malti tal-Artigjanat.
Il-funzjonijiet tal-Kunsill huma:-
· li jirreġistra lill-artiġjani u lill-imprendituri skond dawk ir-regoli li jistgħu jiġu preskritti;
· li jġib ‘il quddiem interess, apprezzament, promozzjoni u regolamenti kostanti ta' l-artiġjanat Malti fost is-setturi kollha tal-komunità, sew residenti u sew barranin;
· li jappoġja u jħares l-interessi ta' l-artiġjani billi jġib 'l quddiem studji sabiex jiġu identifikati l-materja prima, d-disinn, riċerka dwar is-suq u programmi dwar il-bejgħ;
· li jġib 'il quddiem il-qawmien mill-ġdid ta' l-artiġjanat Malti tradizzjonali;
· li jġib 'il quddiem il-ħolqien ta' opportunitajiet għall-produzzjoni ta' prodotti ta' artiġjanat Malti;
· li jistabbilixxi sistema volontarja ta' ċertifikazzjoni li biha tiġi garantita l-ġenwinità ta' prodotti ta' artiġjanat Malti u biex jirregola u jissorvelja dik is-sistema;
· li jagħti parir lill-Ministru dwar kull aspett ta' l-artiġjanat Malti, b'mod ġenerali u partikolari fil-formulazzjoni ta' politika nazzjonali dwar l-artiġjanat Malti u fl-għemil ta’ regolamenti taħt dan l-Att;
· li jagħti pariri dwar l-implimentazzjoni ta' politika nazzjonali dwar l-artiġjanat Malti, u jissorveljaha;
· li jistabbilixxi kuntatti internazzjonali bil-għan li jkabbar il-valur ta' l-artiġjanat Malti;
· li jwettaq kull funzjoni oħra li tista’ tiġi assenjata lilu taħt din il-liġi jew xi liġi oħra.
Il-membri tal-Bord huma dawn:
· Sur Godwin Warr
· Sur Joseph Mifsud
· Sur Joseph Attard
· Sur Donald Friggieri
· Sur Robert Laurenti
· Sinjura Pauline Dingli
· Sur Charles Busuttil
· Sur Mark Saliba
· Sur Louis Galea
· Sur Francis Galea
· Sur Paul Haber
· Sur Carmel Vassallo
Gie kkonfermat ukoll il-Bord tal-Kummissjoni ghall-Kummerc Gust, skond Artikolu IV tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, li huwa kompost minn :
· Magistrat Silvio Meli – Chairman
· Sur Carmel Farrugia
· Prof. Lino Briguglio
Il-Kummissjoni ghandha l-funzjonijiet lilha moghtija mill-Att u ohrajn kif jistghu jigu lilha assenjati taht kull ligi ohra.
Other Press Releases:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937