Left arrow Go Back

PREMJU: THE OUTSTANDING YOUNG PERSON (TOYP) AWARD 2004

PR922
Date Icon 01/06/2004

Għall-ewwel darba f’Malta ser tittella’ THE OUTSTANDING YOUNG PERSON (TOYP) Award mill-Junior Chamber Malta , flimkien ma’ l-HSBC Bank Malta plc, bl-għanjuna tal-KPMG u l-Kamra tal-Kummerċ. Ir-rebbieħ ta’ dan ir-rikonoxximent ser jitħabbar fit-2 t’Ottubru 2004.  

L-iskop ta’ dan il-premju huwa li jiġi rikonoxxut, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, ix-xogħol ta’ individwu, ta’ bejn it-18 u l-40 sena, li jkun għamel differenza fil-komunità jew fil-qasam tiegħu. Il-Junior Chamber qed tittama li dan l-individwu jkun ta’ eżempju biex aktar persuni jaspiraw għal affarijiet akbar, iżidu l-potenzjal tagħhom u jkunu aktar kreattivi.  

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, Louis Galea qal li din hija inizjattiva sabiħa għaliex ser tagħti opportunità mhux biss lil dawk li jissemmew ta’ spiss fil-medja, imma wkoll lil dawk l-individwi kollha li jaħdmu bla heda għall-ġid tal-komunità u x-xogħol tagħhom ma jiġix rikonoxxut, kif ukoll dawk li f’ħajjithom kellhom xi ostakoli li rnexxielhom jgħelbu u kienu ta’ eżempju għalina lkoll.  

Hemm għaxar kategoriji li wieħed jista’ jieħu sehem fihom, u dawn huma miftuħa kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel:

1.      Xogħol sodisfaċenti fin-negozju, ekonomija u/jew intraprenditorjali,

2.      Politika, liġi u/jew affarijiet ċivili,

3.      Akademika,

4.      Kultura,

5.      Tmexxija morali u/jew favur l-ambjent,

6.      Kontribut lejn it-tfal, il-paċi fid-dinja u/jew id-drittijiet umanitari,

7.      Xogħol volontarju u filantropiku,

8.      Xjenza u żvilupp fit-teknoloġija,

9.      Titjib personali,

10. Innovazzjoni fil-mediċina. 

Wieħed irid jispeċifika minn qabel f’liema kategorija ser jissottometti n-nominazzjoni. Wara, ġurija magħżulin apposta għal din l-okkażjoni, tagħżel l-aħjar persuna minn kull kategorija, ibbażat dejjem fuq ix-xogħol sodisfaċenti tal-persuna.  

Għalkemm persuna waħda biss ser tiġi dikjarata “The Outstanding Young Person of theYear” u ppremjata Lm1,000 mill-JCI Malta, ir-rebbieħ/a ta’ kull kategorija ser jingħataw l-opportunità li jiġu sottomessi fil-JUNIOR CHAMBER INTERNATIONAL (JCI) TOYP Program u jkollhom ċ-ċans li jkunu wieħed jew waħda mill-għaxar OUTSTANDING PERSONS of the WORLD, li jiġu onorati fis-sittin JCI World Congress.  

Il-Junior Chamber International (JCI) hija federazzjoni mondjali li taħdem biex tagħti l-opportunità liż-żgħażagħ itejbu u jkabbru l-abilità tagħhom bħala mexxejja, ikabbru r-responsabbiltà soċjali u jkabbru l-kapaċità li joħolqu bidla pożittiva.  

Il-Ministru mhux biss faħħar dan il-proġett iżda enfasizza l-importanza ta’ proġetti bħal dawn li mhux biss jgħinu liż-żgħażagħ tagħna jimxu fit-triq it-tajba, “iżda jgħinuhom ukoll ikabbru l-potenzjal tagħhom u jimmiraw aktar fit-tul. Dan il-proġett għandu jinkoraġixxi mhux biss liż-żgħażagħ tagħna jaspiraw aktar f’ħajjithom iżda jgħin ukoll biex organizzazzjonijiet oħrajn jaraw x’isarrfu ż-żgħażagħ u x’effett pożittiv jista’ jkollhom dawn fuq is-soċjetà.”  

Għal aktar informazzjoni dwar din il-premjazzjoni wieħed jista’ ara wkoll is-sit www.jcmalta.org jew jibgħat e-mail lil Karl Farrugia Wismayer fuq toyp@jcmalta.org. Wieħed jista’ ukoll jikkontattjaw lilMr Eman Hayman, li huwa r-rappreżentant tal-proġett, permezz tat-telefon fuq 21233873.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow