ID-DAY CENTRE GĦALL-ANZJANI F’GĦAWDEX JICCELEBRA L-ĦAMES SNIN MILL-INAWGURAZZJONI TIEGĦU
ID-DAY CENTRE GĦALL-ANZJANI F’GĦAWDEX JICCELEBRA L-ĦAMES SNIN MILL-INAWGURAZZJONI TIEGĦU
Ic-Centru ta’ Matul il-Jum (Day Centre) għall-Anzjani f’Għawdex fakkar il-ħames anniversarju mill-ftuħ tiegħu permezz ta’ attivita’ li għaliha attendiet l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.
Id-Day Centre għall-Anzjani f’Għawdex, li hu proġett b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex, il-Caritas u l-Kunsilli Lokali Għawdxin, huwa l-ewwel centru simili f’Għawdex. Fetaħ il-bibien tiegħu għall-ewwel darba f’Mejju 1999 biex sa llum laqa’ fih iktar minn 35,000 anzjani Għawdxin. Illum, qed jippartecipaw 12-il Kunsill Lokali. Dan id-Day Centre kien ircieva rikonoxximent mill-Ufficcju tal-Prim Ministru għal Servizz ta’ Kwalita’ matul l-ewwel sena ta’ ħidma tiegħu.
Il-Ministru Debono qalet li l-anzjani huma ta’ valur kbir għas-socjeta’ Maltija u Għawdxija, ingredjent importanti ferm li jeħtieġ li nibqgħu nħarsuh. Hija appellat lill-anzjani biex jibqgħu attivi fil-ħajja tagħhom fis-socjeta’ għaliex is-socjeta’ għad baqgħalha ħafna x’titgħallem mill-anzjani tagħna.
Hija qalet illi hekk kif il-Ministeru għal Għawdex reġa’ twaqqaf f’Settembru 1998, il-Ministeru mill-ewwel beda jagħti prijorita’ lill-ħidma fil-qasam ta’ l-anzjani f’Għawdex. Fil-fatt, il-Ministru Debono qalet li matul l-ewwel ħames snin f’Għawdex ġew introdotti divesi servizzi ġodda għall-anzjani f’Għawdex, fosthom dak tal-Meals on Wheels, ġew ingaġġati iktar ħaddiema bħala Assistenti Socjali Każwali, filwaqt li reġgħet ġiet introdotta l-Universita’ tat-Tielet Eta’, din id-darba b’success, tant li ġimgħa ilu ġiet ippreżentata l-ewwel pubblikazzjoni ta’ l-istudenti. Dan flimkien mat-tkomplija ta’ diversi servizzi bħall-handyman u tat-telecare fost l-oħrajn.
Il-Ministru Debono rreferiet ukoll għall-istudju li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex u mid-Dipartiment tal-Ġerontoloġija ta’ l-Universita’ ta’ Malta li ttratta lill-mara anzjana Għawdxija u l-ħtiġijiet tagħha kif ukoll il-proġett ta’ modernizzar fis-sala ta’ l-anzjani rġiel fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u t-tkabbir u modernizzar ta’ Residenza Sant’Anna.
Il-Ministru Debono qalet li t-twaqqif ta’ dan ic-centru ta’ matul il-jum kien wieħed minn dawk il-facilitajiet ġodda li ntlaqa’ b’success kbir tant li n-numru ta’ anzjani li bdew jattendu qabeż dak mistenni. Illum, ic-Centru joffri diversi servizzi fosthom dawk ta’ tabib, podoloġista, nurse, hairdresser u taħdidiet minn professjonisti kif ukoll diversi attivitajiet oħra li jsiru kull jum u oħrajn organizzati b’mod regolari. Il-Ministru Debono faħħret lill-ufficjali nkarigati mic-Centru għad-dedikazzjoni tagħhom matul is-sena u semmiet b’mod partikolari l-impenn li jieħdu sabiex sena wara l-oħra jorganizzaw għadd ta’ attivitajiet fosthom btala barra minn Malta għall-anzjani membri.
Il-Ministru għal Għawdex qalet li inizjattiva bħal din kienet success grazzi għaż-żewġ pilastri ewliena li fuqhom iserraħ dan il-proġett: l-istaff tac-Centru u l-istess anzjani li jattendu ġimgħa wara ġimgħa.
Il-Ministru għal Għawdex temmet l-indirizz tagħha billi rringrazzjat lill-istaff tac-Centru f’Għawdex u lit-Taqsima ta’ l-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Specjali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll lill-Knisja u lill-Kunsilli Lokali għall-kollaborazzjoni tagħhom f’dan il-proġett.
Ic-Centru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani f’Għawdex ser jorganizza wkoll open week għal dawk interessati li jattendu u jsiru jafu iktar dwar is-servizzi offruti, matul il-ġimgħa li ġejja, mit-Tnejn 31 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju, matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu. Diversi skejjel u kunsilli lokali ġew mistiedna sabiex jorganizzaw ħarġa għall-istudenti jew anzjani tagħhom. Dawk interessati li jattendu jew jorganizzaw ħarġa għal gruppi għandhom jikkuntattjaw lill-istaff fic-Centru fuq in-numru 21565891 waqt ħinijiet t’ufficcju.
DOI - 28.05.2004
Other Press Releases:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937