Left arrow Go Back

L-U.E. TAPPROVA ŻEWĠ BIDLIET IMPORTANTI GĦAL MALTA

PR1093
Date Icon 01/07/2004

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea li għandha l-għan li tnaqqas il-kubrit fil-fuel tal-vapuri ġiet approvata waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri li saret fil-Lussemburgu.  Din hija proposta li tolqot mill-qrib lil pajjiżna għaliex pajjiżna jinsab f’nofs waħda mill-aktar rotot importanti għat-tbaħħir tal-vapuri.    

Din il-bidla għandha twassal sabiex jonqos it-tniġġiż fl-arja u b’hekk ikun hemm anqas impatt fuq l-ambjent, il-bniedem u l-bini storiku.  

Proposta oħra li sabet l-appoġġ tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea hija dwar uniformità fil-klassifikazzjoni tal-baħar għall-għawm (bathing waters).  Dan għandu jwassal biex sas-sena 2015 il-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea jikklassifikaw l-ibħra għall-għawm tagħhom f’erba’ kategoriji.    

F’kummenti li ta fi tmiem il-laqgħa, il-Ministru George Pullicino spjega li Malta appoġġjat dawn iż-żewġ mizuri għax jiggarantixxu futur aħjar għal ġenerazzjonijiet futuri.  Huwa enfasizza li issa li aħna membri, Malta qed tipparteċipa f’deċizzjonijiet li jkompli jagħtu  titjib fil-kwalità tal-ħajja mhux biss għall-Maltin imma għall-Ewropej ukoll. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow