Left arrow Go Back

APPOĠĠ MILL-GVERN LILL-KERYGM

PR1089
Date Icon 30/06/2004

Il-Ministru Louis Galea iltaqa` ma’ Fr Charles Fenech, Direttur tal-Moviment Kerygma u f’isem il-Gvern ippreżenta ċekk għall-ammont ta’ LM3000 bħala appoġġ għall-Maratona ta’ 242 siegħa ta’ logħob tal-volleyball li tagħmel parti mill-kampanja Solidarjetà bl-Isport. F’din id-19-il edizzjoni ta’ din il-Maratona se jieħdu sehem madwar 1,500 żagħżugħ u żagħżugħa u l-fondi miġbura se jingħataw lid-Dar tal-Providenza u lill-Creche ta’ l-Ursolini f’G’Mangia u Lourdes Home f’Għajnsielem.  

Waqt il-preżentazzjoni l-Ministru Galea apprezza l-ġid kbir li qed twettaq il-Kerygma fis-soċjeta` Maltija.  “Bħala Ministru responsabbli għall-politika għaz-żgħażagh u l-isport ma nistax ma nieħux sehem b’entużjażmu f’din il-maratona li tinseġ sensiela ta’ valuri mill-isbaħ għaċ-ċittadini tagħna, speċjalment iż-żgħażagħ.  Flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u ma’ l-għaqdiet taż-zgħażagħ inħoss li hu importanti li nagħmlu analiżi dwar il-fenomenu tar-relattiviżmu fis-soċjeta` tagħna.  Sa ftit snin ilu s-soċjeta` tagħna kienet aktar ċara f’moħħha u ċerta mill-boxxla tal-valuri li iggwidawna fl-iżvilupp kulturali, soċjali, u ekonomiku tagħna. Ir-rivoluzzjoni tal-komunikazzjoni u l-informatika laqtet lill-poplu tagħna b’għaġġla ħafna akbar milli laqtuh ir-rivoluzzjonijiet ta’ qabel.”  

Louis Galea fisser li ħadd mhu iblaħ tant li jaħseb li jista` b’xi mod ireġġa` l-arloġġ lura. Anzi kien il-Gvern inniffsu li fis-snin li ilu jamministra introduċa programmi u liġijiet li immodernizzaw il-pajjiż u ħoloq xibka l-aktar moderna ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni u ta’ informatika. “Il-Gvern ħaddem politika li irrikonoxxiet u saħħet valuri li qabel ftit li xejn kienu stmati bħalma huma l-valuri ta’ l-ugwaljanza tal-mara mar-raġel u dak tal-pluraliżmu fil-mezzi tal-komunikazzjoni. B’hekk il-poplu tagħna beda jieħu sehem sħiħ fid-dinja globalizzata bil-vantaġġi u l-izvantaġġi li din iġġib magħha.”  

Louis Galea qal li l-Moviment Kerygma hu f’qagħda ideali biex b’mod ċar u li jiġbed, iħarreġ liż-żgħażagħ japprezzaw it-tħeddida tar-relattiviżmu għas-saħħa tagħhom fiżika, mentali u morali.  “Ir-relattiviżmu jfisser li fit-taqbida kontinwa bejn is-sewwa u l-ħazin, ma nibqgħux niġu iggwidati mill-valuri fondamentali iżda minn dak li wieħed jaħseb li jista` jaqbillu fil-mument.” Louis Galea temm jgħid li l-Gvern hu determinat li jkompli jissieħeb ma’ kull min fil-pajjiż irid jaħdem għall-ġid komuni fis-sens sħiħ tal-kelma. Huwa awgura suċċess lill-maratona u appella biex il-Maltin u l-Għawdxin jieħdu sehem b’ġenerożita` fl-aqwa attività nazzjonali fis-sajf.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow