Left arrow Go Back

REGOLAMENTI LI JIRRIFLETTU L-ĦTIĠIET TAL-LUM

PR1086
Date Icon 30/06/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Francis Zammit Dimech illum nieda regolamenti godda - ‘Malta Travel and Tourism Services Act (Cap. 409) – Catering Establishments Regulations, 2004’.

Dr. Zammit Dimech qal li kienet ilha tinħass il-ħtieġa li r-regolamenti dwar l-istabbilimenti ta’ l-ikel jiġu emendati minħabba li dawk li għandna attwalment, l-aħħar darba li kienu emendati kien aktar minn 12-il sena ilu, fl-1991. Hu qal li r-regolamenti l-ġodda issa jirriflettu l-ħtiġiet ta’ l-industrja turistika llum u kienu se jieħdu post dawk li kien hemm taħt il-Hotels and Catering Establishments Act.

Francis Zammit Dimech qal li llum kien hemm liċenzjati f’Malta 2,964 stabbiliment tal-catering li minnhom

      o       623 huma ristoranti,
o       373 snack bars jew take aways,
o       1,906 bars,
o       19 kiosks fissi,
o       43 mobile kiosks fuq sit fiss.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li dawn ir-regolamenti kienu jkopru l-isferi kollha ta’ l-operazzjoni ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ikel u kienu jinkludu diversi ħtiġiet speċifiċi ta’ standards għal liċenzjar u klassifikazzjoni ta’ l-istabbilimenti tal-catering. Hu qal li dawn ir-regolamenti se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2005 biex hekk, l-operaturi ikollhom l-opportunita’ biex huma stess iħarsu lejn l-operazzjonijiet tagħhom u jwettqu t-titjib meħtieġ biex jikkwalifikaw għall-għażla tagħhom ta’ klassifika. Fl-istess waqt ukoll, tnejn minn dawk li jagħtu servizz lit-turisti (tourism service providers),bl-għajnuna tad-Direttorat ta’ l-Infurzar, se jagħmlu żjarat fi stabbilimenti ta’ l-ikel bl-iskop li jingħataw il-kategoriji u l-klassifikazzjonijiet xierqa.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien hemm differenza kbira bejn ir-regolamenti l-qodma u r-regolamenti l-ġodda. Hu qal li r-regolamenti l-ġodda huma ppreżentati fi stil li tista’ issegwi faċilment biex ikun jista’ jintuża għal skopijiet ta’ “self assessment” mill-operaturi. Dawn huma aktar dettaljati u jkopru l-areas kollha ta’ struttura u operazzjoni ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ikel. Hu qal li r-regolamenti għall-ewwel darba jkopru areas bħal “range of products”, servizz, toilets għall-parruċċani, staff u “fire safety”. Ser ikun hemm ukoll għall-ewwel darba regolamenti speċifiċi għal bars, kiosks u discos/nightclubs li ma kenux jeżistu qabel.  

Francis Zammit Dimech qal li wħud mill-ħtiġiet tar-regolamenti l-ġodda kienu dwar spazju minimu għal kull persuna li tkun bil-qiegħda, introduzzjoni ta’ inħawi fejn ma jistax isir tipjip, dwar il-ġarr tal-merkanzija li jrid isir b’tali mod li ma jiddisturbax il-klijenti, induction service għall-istaff f’ristoranti ta’ l-Ewwel u t-Tieni Klassi, Snack Bars u Bars ta’ l-Ewwel Klassi u taħriġ fuq bażi regolari ta’ staff fl-istess kategoriji ta’ ristoranti, snack bars u bars, regolamenti dwar toilets għall-parruċċani maħsuba biex jgħollu l-livell ta’ dan is-servizz u regolamenti ġodda dwar sigurta’ min-nar.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura rringrazzja lid-Direttorat għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li f’isem l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ħadmu biex setgħu ġew abbozzati dawn ir-regolamenti wara konsultazzjoni wiesgħa ma’ rappreżentanti tas-settur ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ikel li taw ukoll l-opinjonijiet tagħhom dwarhom meta kienu qed jiġu abbozzati. Hu qal li b’servizz aħjar f’kull settur inkunu nistgħu ngħollu l-livell tal-prodott fl-interess tas-settur turistiku kollu, sew fost l-operaturi turistiċi kif ukoll fl-interess tal-poplu Malti u t-turisti.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow