IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. FRANCIS AGIUS JINDIRIZZA L-LAQGHA GENERALI ANNWALI TAL-PRODUTTURI TAL-HALIB
Is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Biedja u s-Sajd, l-Onor. Dr. Francis Agius il-bierah indirizza l-laqgha generali annwali tal-produtturi tal-halib.
Dr. Agius spjega li llum ir-rahhal ghaddej minn fazi ta’ tibdil f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-istruttura ta’ l-irziezet, il-merhliet u l-kwalita’ tal-halib frisk. F’dak li jirrigwardja t-tigdid ta’ l-irziezet, Dr. Agius qal li l-Gvern qieghed jipprovdi diversi skemi ta’ ghajnuniet strutturali u teknici, kif ukoll attenzjoni fuq il-manigg u l-indafa ta’ l-irziezet.
F’dak li ghadu x’jaqsam mal-merhliet, kompla Dr. Agius, id-dipartiment ilu ghaddej bil-monitoragg tieghu tal-merhliet biex dan inaqqas l-ispejjez lir-rahhal u fuq kollox titjieb il-kwalita’ tal-halib frisk ta’ kuljum.
Dr. Agius qal li tajjeb li l-publiku jkun jaf li biex il-halib frisk ta’ kuljum jasal ghand il-mara tad-dar, il-Malta Dairy Products (MDP) qed taghmel investiment ta’ Lm2 miljuni. Din in-nefqa kapitali qeghda ssir biex jigi investit f’apparat ta’ teknologija l-aktar moderna w avanzata.
Dawn il-mizuri kollha diga’ qeghdin jghatu l-frott mixtieq, qal Dr.Agius, billi l-kwalita’ tal-halib tjiebet u l-produzzjoni tal-halib frisk Malti saret iktar kompettitiva.
Dan hu ta’ awgurju tajjeb ghall-konsumatur li issa ghandu halib frisk u bnin ta’ kuljum. Mill-banda l-ohra, huwa ta’ awgurju tajjeb ghar-rahhal li qieghed issahhah il-hobza tieghu ta’ kull jum, temm jghid Dr. Agius.
Other Press Releases:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en