Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. CENSU GALEA, MINISTRU GHALL-KOMPETITTIVITA’ U L-KOMUNIKAZZJONI, WAQT SEMINAR FUQ IC-CHARTER EWROPEW GĦAN-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR – SAN GILJAN – 25 TA’ GUNJU 2004

PR1067
Date Icon 25/06/2004

Bħala Ministru għall-Kompettitivita’ u Komunikazzjoni huwa ta’ pjaċir għalija li qiegħed nindirizza dan is-seminar li ser jittratta dwar il-ħolqien ta’ ambjent aħjar għall-benefiċċju ta’ l-intrapriżi ż-żgħar f’Malta, issa li qeghdin jikkompetu fis-suq intern ta’ l- Unjoni Ewropeja.  

Hija l-politika ta’ dan il-Gvern kif ukoll ta’ l-Unjoni Ewropeja inġenerali li jippromwovu l-operat tan-negozji ż-żgħar.  Kien għalhekk li l-Unjoni Ewropeja ppublikat charter għal intrappriżi ż-żgħar.  Nixtieq nenfasizza li dan ic-charter għandu s-support kollu tal-Gvern Malti li qiegħed jaħdem fi ħdan l-Unjoni Ewropeja biex dan is-settur li huwa importanti ħafna għal pajjiżna jkompli jissaħaħ.  Il-Gvern huwa mpenjat illi jkompli jinkoraġixxi u jgħin lil l-intrapriżi b’kull mod possibbli għaliex hija l-fehma tagħna illi b’dan il-mod jistgħu jinħolqu impiegi ġodda u tiżdied il-kompetittivita’ li twassal għat-tkabbir ekonomiku.  Kif qed jiġi diskuss f’dan ir-rapport imħejji mill-membri ta’ l-Unjoni Ewropeja; l-edukazzjoni u t-taħriġ huma għodda ewlenija biex dan is-settur jkompli jissaħħaħ.  Huwa mportanti illi ċ-ċittadini tagħna ikollhom għarfien tajjeb tal-kapaċitajiet meħtieġa biex wieħed jikkompeti u jkollu suċċess fil-ħajja tan-negozju.   

Hemm ħafna setturi fejn l-ispirtu imprenditorjali għandu lok fejn jikber.  Jiena nemmen li partikolarment f’Malta n-nisa għandhom ikunu involuti iżjed fil-ħajja imprenditorjali.  Diġa’ rajna kif dan il-Gvern ta prova konkreta ta’ kemm jemmen fir-rwol tan-nisa f’kull qasam.  Ħafna drabi issib li wieħed ikollu idejat tajbin ta’ negozju pero’ ma jkollux biżzejjed fondi biex jibda l-entrapriża tiegħu. Dan il-Ministeru għalhekk ser janalizza l-aħjar modi sabiex wieħed ikollu suċċess meta jibda xi negozju ġdid.  Din l-inizjattiva timxi id f’id ma l-hekk imsejħa Aġenda ta’ Lisbona fejn ġie rrakomandat li kull pajjiż jistabilixxi l-aħjar triq skond iċ-ċirkostanzi ta’ dak il-pajjiż sabiex imbagħad ikun jista jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-imprendituri.  

Kif diġa’ ntqal it-tnaqqis tal-burokrazija hija waħda mill-prijoritajiet tal-Gvern biex jiffaċilita’ l-istart up.  Għalhekk il-Ministeru għaddej b’diskussjonijiet ma’ diversi entitajiet biex jinħoloq one stop shopgħal min jixtieq jiftaħ negozju ġdid u b’hekk inkunu qed naċċertaw li l-proċeduri li jkunu neċessarji u bżonnjużi biex wieħed jiftaħ negozju ġdid jaqdu l-funzjoni tagħhom mingħajr ma jaqtghu qalb l-imprenditur.  

L-Unjoni Ewropeja tagħti mportanza kbira lir-riżorsi umani fit-tkabbir ekonomiku.  Kif nafu, f’pajjiż bħal Malta , li hija nieqsa mir-riżorsi naturali; li iżda tiftaħar bir-raġun, bir-riżors uman tagħha, dan l-element għandu mportanza akbar għat-tkabbir fl-ekonomija tagħna.  Illum qed titpoġġa enfasi kbira fuq soċjeta’ ibbażata fuq l-għarfien u l-informazzjoni.  F’dan ir-rigward ġie mniedi pjan ambizzjuż ta’ taħriġ li jisħaq fost l-oħrajn fuq l-opportunitajiet kbar li qed jinħolqu permezz tat-teknoloġja ta’l-informatika.  Is-settur ta’ l- e-business u s-servizzi on line għandhom potenzjal kbir ħafna li għad iridu jiġu sfruttati aktar min-negozji ż-żgħar ta’ pajjiżna.  In-negozjanti għandhom ikunu familjari mat-teknoloġiji l-ġodda u l-mod ta’ kif dawn qed jgħinu negozji żgħar biex joffru is-servizzi tagħhom mhux biss mill-post fejn fiżikament joperaw imma jilħqu firxa akbar ta’ konsumaturi.  

Il-Gvern ilu li għaraf l-importanza li l-pajjiż ikollu qafas tat-telekomunikazzji effiċjenti, modern u liberaliżżat biex iwassal għal aktar tkabbir ekonomiku.  Statistiċi ppublikati dan l-aħħar juru illi Maltaqiegħda fuq quddiem fl-użu ta’ l-informatika f’kull qasam tal-ħajja meta mqabbla mal-kumplament tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropeja.  Jien ċert li ħafna imprendituri Maltin jagħmlu użu mill-internet biex ifittxu businesspartners u prodotti ġodda.  L-enfasi allura għandha tkun illi n-negozjant Malti mhux biss juża l-internet biex ifittex informazzjoni imma li jibda joffri servizzi u nformazzjoni hu stess u n-negozjanti u l-konsumaturi minn madwar id-dinja jkunu jistgħu jagħmlu kuntatt miegħu għal għanijiet ta’ kummerċ.  

Element ieħor li għandu jingħata mportanza biex jinkoraġixxi l-innovazzjoni fl-entrapriżi ż-żgħar hija l-protezzjoni tal-propjeta’ industrijali u ntellettwali. Ta’ min igħid li s’issa m’hawnx biżżejjed għarfien mill-impredituri fuq dan is-suġġett.  Hu għalhekk li l-Ministeru għall-Kompettitivita’ u Komunikazzjoni organiżża numru ta’ attivitajiet biex iqajjem aktar għarfien dwar din il-materja.  Fil-fatt ftit tal-ġimgħat ilu l-Ministeru ippreżenta CD-roms lill-FOI, GRTU, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Gozo Business Chamberb’CD roms informattivi intitolati intellectual property for small and medium size enterprises.  Huwa mportantili min jinvesti biex ikun aktar kompettitiv u joħloq jew jivvinta xi ħaġa oriġinali ikun jista’ jgawdi l-frott ta’ l-isforz li jkun għamel.  

L-uffiċċju għall-proprjeta’ intellettwali fid-Diviżjoni tal-Kummerċ għamel avvanzi kbar fil-qasam tal-propjeta` intellettwali.  Sar xogħol estensiv biex il-liġijiet li jittrattaw dwar il-propjeta` ntellettwali, cioeil-liġi tat-trademarks, dik tal-patents kif ukoll dik tal-copyright jiġu aġġornati b’regolamenti ġodda li jkunu wkoll josservaw l-obligazzjonijiet tagħna taħt it-trattati tal-World Intellectual Property Organisation.  Dan l-uffiċċju ħadem biex ikun hemm aktar għarfien tal-propjeta` ntellettwali mhux biss biex l-industrijalisti u l-imprendituri Maltin isiru jafu li jistgħu jipproteġu d-drittijiet intellettwali tagħhom, imma biex ukoll jissaħħaħ il-kuncett tal-bżonn tar-rispett għad-drittijiet intellettawli ta’ ħaddieħor.  

Nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi nisħaq dwar il-bżonn li l-pajjiż jagħmel sforz kollettiv biex jkun aktar kompetittiv.  Jidher li issa kulħadd qed jifhem li biex niffaċċjaw il-kompetizzjoni dejjem tiżdied f’dinja dejjem aktar globalizzata, il-pajjiż ma jistax jingħalaq fiħ innifsu biex jaħseb li jista` jwaqqaf il-kompetizzjoni li tiġi minn prodotti u servizzi li ġejjin minn barra, iżda jeħtieg li nwarrbu dawk il-prattici li jxekklu lin-negozji Maltin milli joffru servizzi u prodotti ta’ kwalita` bi prezz tajjeb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow