Left arrow Go Back

MALTA TIEĦU SEHEM FIR-RABA’ KONFERENZA MINISTERJALI DWAR L-AMBJENT U S-SAĦĦA F’BUDAPEST

PR1062
Date Icon 24/06/2004

Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Dr. Louis Deguara mexxa delegazzjoni tal-Gvern Malti fir-Raba’ Konferenza Ministerjali “L-Ambjent u s-Saħħa – il-futur ta’ uliedna” (“Environment and Health – the future of our children”) li qegħda issir bejn it-23 u l-25 ta’ Ġunju fil-belt kapitali Ungeriża Budapest.

Din il-konferenza hija organizzata mill-uffiċċju reġjonali ta’ l-Ewropa fi ħdan l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.  Id-delegazzjoni Maltija hija komposta mill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Dr. Ray Busuttil - Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tas-Saħħa, Dr. Karen Vincenti u s-Sur Godwin Cassar mill-Ministeru ta’ l-Ambjent u Affarijiet Rurali.  

Għal din il-konferenza qegħdin jattendu  l-ministri tas-saħħa u ta’ l-ambjent, esperti u għaqdiet non-governattivi minn 52 pajjiz fl-Ewropa.  L-għan prinċipali hu biex flimkien jistudjaw u jevalwaw l-evidenza ta’ ħsara kkawżata lit-tfal minħabba theddid ambjentali u flimkien jiddibattu u jifthemu fuq pjan ta’ azzjoni bi prijoritajiet speċifiċi.  Rapport li ġie pubblikat fil-konferenza jirrivela l-konnessjoni bejn l-arja kontaminata u l-imwiet fit-tfal u l-mard respiratorju fit-tfal u l-adolexxenti.  

Il-konferenza se tistudja ukoll is-sitwazzjoni u tirrevedi l-progress li sar mill-ewwel Konferenza Ministerjali Ewropea fuq l-ambjent u s-saħħa li kienet saret fi Frankfurt fl-1989.  Se jsir ukoll sforz biex tiġi żviluppata għodda li biha titfassal politika li tipproponi proposta għall-żvilupp ta’ sistema li tkopri l-pajjiżi kollha fl-Ewropa biex tinġabar u titqassam informazzjoni bejn il-pajjiżi kollha Ewropej. 

Id-delegazzjoni Maltija ħadet sehem attiv f’din il-konferenza.  Il-Ministru Deguara kien wieħed mill-kelliema ewlenin, mexxa waħda mill-għaxar sessjonijiet plenarji u indirizza l-istampa wara s-sessjoni plenarja.  Malta ħadet sehem flimkien ma’ l-Awstrija, Franza, l-Olanda, l-Isvezja u l-Isvizzera fuq  proġett “Transport related health effects in particular on children – towards an integrated  assessment of their cost and benefits”.  Il-workshop finali ta’ dan il-proġett konġunt kien inzamm f’Malta fi Frar li għadda bil-parteċipazzjoni tas-sitt pajjiżi.  Dan il-proġett se jagħti kontribut siewi fil-pjan ta’ azzjoni CEHAPE (Children’s Environment and Health Action Plan) li se joħroġ mill-konferenza ministerjali.  

Dan il-proġett għandu jwassal biex f’Malta jitfassal pjan nazzjonali dwar l-ambjent u s-saħħa li jkun jinkorpora fih in-National Child and Environment Action Plan.

Bi preparazzjoni għal din il-konferenza ministerjali, Malta f’Marzu li għadda kienet organizzat konferenza fejn esperti minn bosta pajjiżi fl-Ewropa kienu ddiskutew u ppreparaw dokument finali u pjan ta’ azzjoni li qegħdin jiġu diskussi u se jkunu addottati mill-pajjiżi kollha li qed jieħdu sehem fil-konferenza f’Budapest.  

Għalkemm l-iżgħar fost il-pajjiżi parteċipanti Malta tat kontribut intensiv għal din il-konferenza kemm waqt il-preparazzjoni tagħha kif ukoll fil-konferenza innifisha. Bosta pajjiżi ammiraw lir-rwol ta’ Maltali għal darb’ oħra uriet li kapaċi tagħti kontribut xejn anqas minn dak ta’ pajjiżi oħra ferm akbar minnha.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow