Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. NINU ZAMMIT, MINISTRU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA, WAQT KONFERENZA DWAR IL-FIRE & SAFETY FIL-BINI LOKALI - 23 TA’ GUNJU 2004

PR1060
Date Icon 24/06/2004

Huwa ta’ sodisfazzjon ghalija, li nigi mistieden ghall-attivitajiet ta’ din ix-xorta, kemm bhala perit kif ukoll bhala Ministru. Huwa fl-interess tal-Ministeru tieghi li naghmlu dak kollu li nistghu sabiex inkomplu nharsu l-industrija tal-bini kemm bhala kwalita` u teknika` ta’ kostruzzjoni, disinn u fuq kollox sigurta’.  Ahna konvinti li dawk kollha li jahdmu f’din l-industrija, kif ukoll dawk li jaghmlu uzu jew jghixu f’bini li jkun iddisinjat u mibni tajjeb, japprezzaw dan l-inpenn.

Sfortunatament dawn l-ahhar xhur qed nisimghu b’hafna incidenti konnessi mal-kostruzzjoni u bini. Dan ghandu jservi ta’ spunt ghall-aktar hidma ta’ taghlim u edukazzjoni dwar dan ix-xoghol minndawk kollha li ghandhom x’jaqsmu  mal-Industrija tal- kostruzzjoni.  

Kull inizjattiva jew idea ma’ tkun tiswa xejn jekk ma tigix implimentata, u ghalhekk  hadna l-inkarigu li nheggu l-BCID u l-BICC biex b’hidma flimkien jikkonsolidaw ix-xoghol kollu li kien sar biex gew imfassla abbozzi ghall-regolamenti godda tal-bini u jippublikaw linji gwida dwar aspetti varji ta’ dawn ir-regolamenti.  Wiehed minn dawn l-aspetti kien jikkoncerna s-sigurta` tal-bini Malti ghal kontra n-nirien.  Ix-xoghol fuq din il-pubblikazzjoni tlesta u nista’ bi pjacir illum nghid li dan il-ktieb jinsab ghad-dispozizzjoni ta’ kulhadd.  Grazzi ghal dawk kollha li taw sehemhom.  

F’Malta hafna nies huma xettici dwar kemm il-bini taghna jaqbad. Izda harsa lejn l-istatistika turi mod iehor.  

Fil-fatt jekk wiehed jara l-ahhar tlett snin fid-Djar Residenzjali, kien hemm 538 kaz u madwar 400 kaz ta’ hruq f’postijiet industrijali u/jew kummercjali.  Fortunatament ftit kienu dawk in-nies li wegghu minn dawn il-kazi u ghall-grazzja t’Alla ma kienx hemm imwiet.  Imma nista` nassigurakhom li kien hemm hafna hsara fil-proprjeta` u din waslet ghal telf finanzjaru kbir ghal bosta nies u kumpaniji.  

Illum id-domanda ghal binjiet komplessi qed dejjem tikber. Dan, kif ukoll il-hafna dekor b’uzu ta’ materjal differenti u z-zieda fl-uzu ta’ hafna accessorji li jahdmu bl-elettriku qed ikunu l-kawza  ta’ bidu ghall-hruq.  

Dan id-dokument jispjega b’mod car u hafif u fejn hu mehtieg b’disinji dawk il-fatturi li wiehed ghandu jiehu kunsiderazzjoni taghhom fid-disinn sabiex il-bini jipprovdi sigurta` xierqa f’kaz ta’ nirien fosthom:  

Htigijiet strutturali,

      ·        Qisien adegwati ta’ turgien, bibien u kuriduri ghal accessibilita’ ghall-hrug ta’ 
         emergenza,
·        Materjali adekwati,
·        Ventilazzjoni u dwal ta’ emergenza,
·        Sistemi ta’ allarm u ta’ kontrol  kontra d-dhahen u nirien,
·        Accessibilita` tajba ghal pumpieri u mezzi ta’ kontrol u tifi ta’ nirien.  

Dawn il-linji gwida gew addatati ghall-kundizzjonijiet ta’ pajjizna kif ukoll b’konformita` mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Kif spjegajt qabel il-kotba u r-regoli biss m‘humiex bizzejjed. Flimkien irridu nahdmu aktar sabiex nibdlu l-mentalita’ li hi predominanti f’dan il-pajjiz li l-ewwel inhallu l-affarijiet jigru u mbaghad naraw li naghmlu xi haga.  Jekk kulhadd jigbed habel wiehed jiena cert li din il-mentalita` nibdluha u nkunu ferm aktar rasna mistrieha li dak ix-xoghol li nkunu ghamilna b’tant gharaq u sagrificcju ma jispiccax fix-xejn f-lehha ta’ berqa.  

Fil-waqt li nerga nirringrazjakhom talli attendejtu ghal dan is-seminar inhallikom tkomplu tisimghu l-kelliema esperti li gew mistiedna biex jispjegawlkom f’certu dettal dawk l-affarijiet teknici li jikkoncernaw dan is-suggett.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow