Left arrow Go Back

IX-XOGHLIJIET F’PACEVILLE JSIRU FUQ STANDARDS STABBILITI

PR1059
Date Icon 24/06/2004

Il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura jixtieq javza li bhala parti mit-testijiet li qed isiru fuq it-tarmac li nghata f’Paceville, irrizulta li x-xoghol li sar f’parti minn Triq Wilga ma kienx  skond l-istandards stabbiliti.  Ghal dan il-ghan id-Divizjoni tax-Xoghlijiet fi hdan l-istess Ministeru hadet il-passi mehtiega u ordnat lill-kuntrattur sabiex jerga` jaqla` x-xoghol hazin li sar u jerga’ jsir b’mod tajjeb ghas-spejjez ta’ l-istess kuntrattur.   

Dan l-iccekkjar qed isir f’kull triq li saret f’Paceville sabiex il-prodott finali jkun ta’ l-oghla kwalita’. Ix-xoghol li sar f’Paceville kien wiehed estensiv u kif stabbilit, dan se jitlesta fl-ahhar ta’ dan ix-xahar sabiex ikun jista’ jitgawda mill-pubbliku in generali u t-turisiti matul ix-xhur tas-Sajf.   

Ta’ min wiehed ifakkar li x-xoghol kien jinkludi bdil ta’ diversi servizzi li l-medda taghhom tammonta ghal eluf ta’ metri, tqeghid ta’ pavimentar f’diversi toroq u bankini, ghoti ta’ tarmak ta’ diversi toroq, installazzjoni gdida ta’ dawl tal-madwar u fil-pjazza. Hafna minn dan ix-xoghol sar mill-haddiema tad-Divizjoni tax-Xoghlijiet taht is-supervizjoni ta’ periti professjonali fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u Infrastruttura; u ghalkemm kien hemm xi ftit inkonvenjent, li hu komuni ghal kull sit fejn ikun qed isir xoghol infrastrutturali, b’sodisfazzjon wiehed jista’ jghid li progett hekk ambizzjuz f’area traffikuza u frekwentata se jitlesta fiz-zmien stipulat.  

Filwaqt li jiskuza ruhu ghal kull inkonvenjent l-Ministeru jixtieq jirrimarka li dawn il-mizuri huma necessarji sabiex ikun garantit li x-xoghlijiet imwettqa mill-Gvern ikunu ta’ kwalita` u skond standards stabbiliti.  

Il-Ministeru javza wkoll li sabiex isiru x-xoghlijiet imsemmija l-parti t’isfel ta’ Triq Wilga se tkun maghluqa ghat-traffiku nhar il-Gimgha 25 ta’ Gunju 2004.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow