Left arrow Go Back

RIŻULTATI TA’ L-EŻAMIJIET TAL-JUNIOR LYCEUM

PR1049
Date Icon 23/06/2004

Id-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni jixtieq ifakkar li l-istudenti se jirċievu r-riżultati tal-Eżami għad-Dħul fl-Ewwel Sena tal-Junior Lyceum 2004 id-dar.

Dawn ir-riżultati se ġew impustati llum l-Erbgħa, 23 ta’ Ġunju 2004 u se jkunu għall-wiri fl-uffiċċju tal-Kap ta’ l-Iskola minn nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Ġunju 2004.  Fl-istess ħin aktar minn 60% ta’ l-applikanti se jkunu qed jirċievu għall-ewwel darba r-riżultati bl-SMS mil-lum l-Erbgħa, 23 ta’ Ġunju 2004.  Dawk il-ġenituri li għal xi raġuni ma jkunux irċevew ir-riżultat id-dar, ikunu jistgħu jaraw ir-riżultat ta’ binhom/binthom wara li jippreżentaw il-karta ta’ l-identità tagħhom lill-Kap ta’ l-Iskola, minn nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Ġunju.  L-ebda riżultat ma jingħata fuq it-telefon.  

Wieħed jista’ jara dawn ir-riżultati fl-iskejjel (Statali u Privati) fejn il-kandidati qagħdu għall-eżami. Dawk il-kandidati li jkunu għamlu l-eżami fiċ-Ċentri Speċjali huma mgħarrfa li jistgħu jaraw ir-riżultat fl-iskola fejn kienu reġistrati oriġinarjament.  

Ġenituri jew kuraturi ta’ kandidati li jixtiequ jitolbu reviżjoni tal-karti ta’ l-eżami msemmi għandhom jagħmlu dan billi jimlew formola ta’ l-applikazzjoni għar-reviżjoni fl-uffiċċju tal-Customer Care fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, il-Furjana, jew fl-uffiċċju ta’ l-Edukazzjoni, ir-Rabat, Għawdex, skond il-każ.  Dawn il-formoli jistgħu jimtlew bejn it-8.00 ta’ fil-għodu u nofsinhar, minn nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Ġunju 2004 sa nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Lulju 2004.  Applikazzjonijiet wara din id-data kif ukoll applikazzjonijiet bil-posta u/jew mhux fuq il-formola uffiċjali ma jiġux aċċettati.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow