Left arrow Go Back

1,542 HADDIEM JIPPARTECIPAW F’KORSIJIET DWAR IS-SAHHA U S-SIGURTA` FUQ IL-POST TAX-XOGHOL

PR1023
Date Icon 18/06/2004

Preżentazzjoni ta’ Ċertifikat ta’ Apprezzament mis-Sedqa (Aġenzija għall-Ħarsien mill-Abbuż tad-Droga u l-Alkoħol)  - lit-Taqsima tax-Xogħolijiet bħala parti mill-programm S.A.F.E. (Substance Abuse Free Employees) li jitmexxa mis-Sedqa bi sħab mal-Prinċipal għall-ħaddiem.

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit gie pprezentat b’certifikat ta’ apprezzament mill-Organizzazzjoni Sedqa, f’isem it-Taqsima tax-Xoghlijiet wara li ntemmu b’success numru ta’ seminars biex il-haddiema jkunu iktar mgharrfa dwar l-importanza tas-Sahha u s-Sigurta` fuq il-post tax-xoghol.

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li l-ghan ewlieni ta’ dawn is-seminars kien biex jikber l-gharfin fuq is-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-post tax-xoghol u biex jitqajjem l-interess  fil-haddiema dwar l-effett tax-xorb alkoholiku u t-tehid ta’ medicinali kemm meta jittiehdu wehidhom u specjalment meta jittiehdu flimkien, jistghu ikunu kagun ta’ accidenti waqt ix-xoghol.

Hu qal li l-haddiema kellhom l-opportunita’ li jippartecipaw f’diskussjonijiet u jqajmu problemi li jolqtuhom direttament fuq ix-xoghol.  Inghatat ukoll l-opportunita’ li b’mod kunfidenzjali l-haddiema setghu jresqu xi lmenti li kellhom.  Dawn il-problemi u l-ilmenti gew analizati u mistharga u fejn instab li kienu gustifikat intbaghtu lid-Diretturi koncernati b’rakkomandazzjonijiet.

F’kull seminar giet inkluza sezzjoni ta’ taghrif fuq it-tema tax-xorb u l-medicinali. Din giet ipprezentata mir-rapprezentant  ta’ l-Agenzija Sedqa li kien specjalizzat f’dan is-suggett.  Din is-sezzjoni giet apprezzata hafna mill-partecipanti u kienet effettiva hafna biex tqanqal l-interess  u kuxjenza dwar l-impatt li ghandhom dawn l-affarijiet fil-kagun ta’ accidenti fuq il-post tax-xoghol li jistghu jkunu anke fatali.

Is-Sahha u s-Sigurta’ fit-Taqsima tax-Xoghlijiet.

Il-Ministru Ninu Zammit qal li bejn Mejju 2003 u April 2004, total ta’ 1542 ħaddiem minn kull livell u minn diversi dipartimenti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi hdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura attendew sensiela ta’ lectures li kienu lkoll immexxija miz-zewg Spetturi tas-Sezzjoni tas-Sahha u s-Sigurta’ tad-Dipartiment ta’ l-Industrija tal-Bini, l-BCID. Il-Motto ghal dawn is-seminars kien: Lura lejn id-dar qawwi u shih wara gurnata xoghol.

Waqt li kien qed jindirizza l-haddiema li ppartecipaw f’dawn is-seminars il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura qal li fil-prezent din is-Sezzjoni ghandha zewg Spetturi tas-Sahha  u s-Sigurta’ u erba’ trainees li ghadhom kemm temmew il-kors ta’ sentejn ghal Diploma mill-Universita’ ta’ Malta,  fis-Sahha u s-Sigurta’ fuq ix-Xoghol.  Barra r-rwol li jedukaw kontinwament lill-haddiema, dawn l-ispetturi jassistu lir-rapprezentanti ta’ diversi Dipartimenti fi hdan it-Taqsima tax-Xogholijiet biex iwettqu dak li hemm fid-dokument tal-Policy li kien gie fis-sehh f’Mejju tas-sena 2002. 

Dawn jispezzjonaw il-bini tat-Taqsima tax-Xoghlijiet, ufficini u lantijiet tax-xoghol f’diversi nhawi ta’ Malta kemm fuq bazi ta’ rutina kif ukoll fuq talbiet specifici biex jassiguraw li l-haddiema jkollhom ambjent ta’ xoghol tajjeb u bl-anqas periklu.  Dawn l-ispezzjonijiet iservu wkoll biex jigi zgurat li metodi ta’ sigurta’ fuq il-post tax-xoghol u l-ilbies u l-apparat protettiv  ikun qed jigi wzat fejn u kif mehtieg. Kull spezzjoni tigi rrekordjata u jsir wkoll rapport dettaljat u jitqassam lil min ikun koncernat, biex tittiehed azzjoni fuqu.  Qed isiru wkoll analizi ta’ kazi ta’ accidenti u korrimenti gravi biex jittiehdu dawk il-passi li jkun hemm bzonn biex ma jkunx hemm ripetizzjoni.

Il-Principju li jitfassal bil-miktub Risk Assessment qabel tinbeda xi bicca xoghol huwa pass importanti li qed jigi enfasizzat bla waqfien mal-kapijiet tal-progetti.  L-effett ta’ dan ix-xoghol qed jibda jaghti rizultati pozzitivi hekk kif ufficjali manigerjali qed jistaqsu ghall-assistenza dejjem aktar tas-Sezzjoni tas-Sahha u s-Sigurta’ fil-preparazzjoni ta’ Risk Assessments.

Finalment il-Ministru Ninu Zammit fahhar l-inizjattivi favur edukazzjoni kontinwa minn naha tat-Taqsima tax-Xoghlijiet u tenna sodisfazzjon ukoll li l-haddiema dejjem qedghin jippartecipaw bi hgarhom ghal seminars simili.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow