Left arrow Go Back

KONTRO-PROTEST FIL-PRIM’AWLA TAL-QORTI ĊIVILI MILL-MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ FIL-KONFRONT TAL-GRTU

PR1022
Date Icon 18/06/2004

l-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità ppreżenta kontro-protest fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, bħala risposta għall-protest fil-qorti li sar mill-GRTU.

Fil-kontro-protest, il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jafferma li huwa minnu li kien hemm laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar regolamenti ta’ tipjip f’postijiet pubbliċi.

Kuntrarjament għal dak allegat fil-protest, ir-regolamenti ġew modifikati in linea ma’ dak li ġie diskuss f’dawn il-konsultazzjonijiet.

Għaldaqstant il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qiegħed jinforma b’dan lill-GRTU u jitlob lill-GRTU tieqaf milli tkompli xxerred allegazzjonijiet infondati fil-konfront tiegħu.  

Il-Ministru jżomm lill-GRTU responsabbli skond il-liġi għal danni li jista’ jsofri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow