Il-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦALL-LAQGĦA TAL-KUNSILL EWROPEW
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għal Brussell fejn ser jieħu sehem fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Għal-laqgħa ta’ dan il-Kunsill, il-Kapijiet ta’ l-Istati ser jiltaqgħu ukoll bħala Konferenza Intergovernattiva minn għada, il-Ħamis 17 ta’ Ġunju.
Waqt dawn il-laqgħat, il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta’ Investiment, John Dalli, is-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru, Michael Frendo, il-Membru Parlamentari, Jason Azzopardi, ir-Rappreżentant Permanenti għal Malta fl-Unjoni Ewropea, l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Edgar Galea Curmi, l-Ambaxxatur għal Malta fil-Belgium, Tarcisio Zammit, id-Direttur (Policy) fid-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea, John Inguanez, u l-Koordinatur tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru, Alan Camilleri.
Il-Prim Ministru ser jattendi wkoll għal-laqgħa tal-Partit Popolari Ewropew.
Huwa mistenni lura Malta nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Ġunju.
Other Press Releases:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938