Left arrow Go Back

MESSAGG MILL-VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN DR TONIO BORG FL-OKKAZJONI TAL-JUM DINJI DWAR ID-DROGA

PR1008
Date Icon 16/06/2004

Il-problema tad-droga hija problema li qed tifni bosta zghazagh f’hafna pajjizi, sinjuri u fqar. Il-problema tezisti ukoll f’Malta. Hija tassew hasra li tara tant zghazagh li jipperikolaw hajjithom ghal gost ta’ ftit hin. Hafna hajjiet inhlew tort ta’ dan il-vizzju mishut. Mhux biss, izda l-uzu tad-droga igib mieghu problemi ohra. Huwa fatt li hafna mir-reati ta’ serq, kif ukoll reati iktar gravi li jsiru f’pajjizna huma relatati ma’ nies bi problemi ta’ droga.  

Sas-sena 1999, qabel li, bhala Ministru ta’ l-Intern, kont ressaqt fil-Parlament emendi ghal-ligi, kull min kien jinqabad fl-ajruport b’ammonti anki zghar ta’ droga ghall-uzu personali, kien jiffaccja piena ta’ sitt xhur habs. B`emenda li kont ressaqt ghamilna distinzjoni netta bejn min hu vittima tad-droga u min jinnegozja fiha.  

Dan l-ahhar anki l-Opozizzjoni qed taqbel li hemm il-htiega li tigi riformata l-ligi dwar sustanzi perikoluzi, biex taghmel distinzjoni bejn min juza u min jittraffika d-droga.  

L-ex President tar-Repubblika, il-Professur Guido de Marco kien ha l-inizzjattiva biex laqqa` lil dawk kollha li b’xi mod huma nvoluti fil-qasam tad-droga bhal forzi ta’ l-ordni u ufficcjali ta’ gruppi mhux governattivi bhal Sedqa u Caritas, biex jiddiskuti l-problema tad-droga mill-lat socjali u dak legali. Meta kien twaqqaf dan il-kumitat jien kont weghdt li malli jkun lest ir-rapport, jien kont ser inressaq l-emendi necessarji.  Issa jidher li t-triq ser tkun iktar facli, grazzi ghall-kunsens li hawn fil-pajjiz. 

Il-Gvern huwa kommess li jiggieled lit-traffikanti tad-droga. Jiggieldilhom b’kull mezz possibbli. U xhieda ta’ dan huwa s-successi li l-Pulizija qed ikollhom regolarment fi qbid ta’ droga u l-arresti ta’ traffikanti u s-sentenzi li jinghataw mill-Qrati.  

Jien  nemmen li l-problema tad-droga hija problema socjali li biex tingheleb trid il-koperazzjoni ta’ kulhadd. Mhux dawk kollha li jiehdu d-droga huma kriminali, hafna huma vittmi. Irridu nassiguraw li dawn il-vittmi ma jkomplux jikbru biex ftit barunijiet isiru sinjuri. Issa li fil-pajjiz hawn kunsens li din il-glieda trid issir, u dan iqawwili qalbi biex, bil-ghajnuna ta’ kulhadd inkomplu nfittxu u naqbdu t-traffikanti biex dawn jiehdu dak li haqqhom.

Mill-banda l-ohra rridu niehdu in konsiderazzjoni tal-vittmi, dawk li jinqabdu bi kwantitajiet zghar ta’ droga ghall-uzu personali taghhom. Iz-zmien huwa tajjeb biex nibdew nahdmu biex issir id-distinzjoni bejn it-traffkant u dak li jabbuza. U bil-ghajnuna u koperazzjoni ta’ kulhadd nistghu naslu

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow